Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 30

28 Il-Leġjun ta ’ Marija jagħti kontribut lill-Parroċċa
Bħala Leġjunarji , aħna għandna dmir li fuq kollox nagħtu sehemna fil-parroċċa u ngħinu b ’ kull mod possibbli . Għaldaqstant , is-sena l-oħra organizzajna lezzjonijiet fis-sajf g ħall-istudenti li xtaqu jitgħallmu lingwa barranija . Fost il-lingwi offruti kien hemm : it-Taljan , il-Franċiż u l-Ispanjol . Għal dawn il-lezzjonijiet kien hemm konkorrenza qawwija , fejn huma tgħallmu kliem bażiku u frażijiet bil-lingwi rispettivi . F ’ dawn il-lezzjonijiet , apparti li ngħataw karti tat-taħriġ , intuża wkoll l-aspett teknoloġiku fejn l-istudenti setgħu jkantaw , jisimgħu u jaraw vidjow bil-lingwa li kienu qegħdin jitgħallmu . L-istudenti attendew bi ħġarhom peress li kienu ħerqana li mhux biss iqattgħu s-sajf ħdejn il-baħar iżda wkoll użaw il-ħin b ’ mod tajjeb u utli . Barra minn hekk , matul ix-xhur tax-xitwa , aħna tajna sehem fil-parroċċa billi għenna lill-Arċipriet kemm fit-tħejjija għan-novena tal-Milied u kif ukoll waqt l-eżerċizzji tar-Randan . Minn din l-informazzjoni qasira dwar il-Leġjun ta ’ Marija , nistgħu naraw kif bħala persuna , il-Leġjun ta ’ Marija jista ’ jibnik mhux biss spiritwalment , iżda jimlik b ’ valuri sbieħ li fil-ħajja diffiċli takkwista waħdek . Jekk verament tixtieq , inti wkoll tista ’ ssib iċ-ċans biex timla lilek innifsek b ’ dawn il-valuri u siegħa fil-ġimgħa tagħtiha lill-Madonna .