27 għaqDiet reliġjuŻi fiX-Xewkija
LEĠJUN TA ' MARIJA Miktub Mill-praesiDiuM : MaDonna tal-fiDuċja - Xewkija
Edel Quinn u Alphie Lambe . Naturalment , l-istudenti kienu mħejjija minn qabel billi studjaw u għamlu riċerka dwarhom . Il-kwiżż kien ta ’ suċċess u kull grupp kien għatxan li jirbaħ . Fil-fatt , ftit li xejn kien hemm risposti ħżiena . Dan il-kwiżż għen lill-istudenti biex jitħalltu aktar bejniethom u jiksbu għarfien aktar dwar xi jfisser il-Leġjun ta ’ Marija .
Il-Leġjun ta ’ Marija fil-parroċċa tagħna tax-Xewkija
Il-Leġjun ta ’ Marija f ’ Għawdex
Il-Leġjun ta ’ Marija ssibu mxerred ma ’ Għawdex kollu fejn f ’ kull raħal issib Praesidia , kemm għaż-żgħar u kif ukoll għall-kbar li jiltaqgħu darba fil-ġimgħa . Ta ’ kull xahar , l-uffiċjali ( President , Viċi President , Segretarja u Teżoriera ) ta ’ kull Praesidium jiltaqgħu fil-Curia biex b ’ hekk ikunu jistgħu jirrappurtaw ix-xogħol li jkun seħħ matul dik is-sena partikolari u kif ukoll jitgħallmu minn Praesidia oħra kemm dwar kuntatti li jkunu għamlu u kif ukoll eżempji ta ’ xogħlijiet differenti li wieħed jista ’ jagħmel . Ta ’ kull sena niltaqgħu flimkien bħala membri tal-Leġjun ta ’ Marija u suldati fl-armata ta ’ Marija fl-Aċies fejn inġeddu l-wegħda Leġjunarja u ntennu t-talba : “ Jien kollni tiegħek , Sultana u Omm tiegħi u kulma għandi huwa tiegħek .” Din it-talba tqawwina biex inkomplu naħdmu għal Ommna Marija u nwettqu l-ġid kemm ma ’ qrabatna , ħbiebna , parruċċani , immigranti u nies barranin li forsi jkunu jridu jintegraw fis-soċjetà .
Fir-raħal tagħna nsibu diversi Praesidia kemm tal-kbar u kif ukoll taż-żgħar . Naturalment kif il-baqra tagħti l-ħalib liż-żgħar tagħha biex b ’ hekk ikunu jistgħu jikbru b ’ saħħithom , hekk ukoll kull min jieħu ħsieb lil uliedu , għandu jtellagħhom b ’ saħħithom , mhux biss fiżikament iżda wkoll spiritwalment . Għalhekk , importanti li wieħed jattendi għaqda minn età żgħira biex ikun jista ’ jifforma ruħu b ’ mod spiritwali . Fix-Xewkija , insibu Praesidium tal-Juniors , li jiltaqa ’ fl-inħawi tal-Barmil , u kif ukoll żewġ Praesidia tal-Intermediates , li wieħed minnhom jiltaqa ’ fl-inħawi tal-Barmil , filwaqt li l-ieħor jiltaqa ’ fiċ-Ċentru Parrokkjali , fil-pjazza tar-raħal . Il-laqgħa tkun ta ’ kull ġimgħa li ddum madwar siegħa u kemm studenti bniet u kif ukoll studenti subien huma mistiedna li jattendu . Il-membru , Maria Pia Saliba , li ilha membru attiva fil-Leġjun ta ’ Marija ġewwa x-Xewkija , għamlet unur għalija nnifisha , għal raħalha u anke għal pajjiżna meta rebħet tliet medalji , waħda tad-deheb , fidda u bronż fl-Special Olympics fid-dixxiplina tal-għawm . Nifirħulha u nawgurawlha aktar suċċessi !
Apparti l-funzjoni tal-Aċies , ikun hemm diversi funzjonijiet fejn niltaqgħu fuq bażi ftit iżgħar l-aktar bħala Curia . Eżempju fil-Curia Madonna ta ’ Pinu li tieħu ħsieb il-Praesidia tal-Juniors u Intermediates fil-parroċċi ta ’ Għajnsielem , ix-Xewkija u Ta ’ Sannat , norganizzaw attivitajiet fejn mhux biss inħajru tfal ġodda biex jattendu l-Leġjun ħalli jiffurmaw ruħhom spiritwalment iżda wkoll permezz tal-Leġjun jistgħu jibnu ħbiberiji ġodda u jitgħallmu fuq persuni li kienu involuti fil-ftuħ tal-Leġjun ta ’ Marija madwar id-dinja . Is-sena l-oħra , propju f ’ Settembru , f ’ Jum il-Twelid tal-Fundatur , Frank Duff , sar kwiżż lill-istudenti li jattendu l-Leġjun ta ’ Marija f ’ dawn it-tliet irħula fejn ġew mistoqsija dwar tagħrif fuq tliet personalitajiet marbuta mal-Leġjun : Frank Duff ,