24
pussess
Novembru ġab miegħu l-bidu tal-parrokat tal-arċipriet ilġdid . Il-festa tal-pussess impenjat lilna l-abbatini b ’ diversi modi . Waqt riċeviment li sar fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni tal-pussess , l-abbatini taw Ostensorju bħala rigal lillarċipriet il-ġdid .
Dan minbarra diversi laqgħat u mumenti flimkien ġewwa d-dar Parrokjali fi tmiem il-ġimgħa akkolitat ta ’ carl scerri
Flimkien ma ’ Carl fraħna bil-ministeru l-ġdid li ġie mogħti nhar id-29 ta ’ Novembru 2015 flimkien mas-seminarista mill-parroċċa ta ’ San Lawrenz , Micheal Grima . ġiMgħa MqaDDsa 2016
Matul din il-ġimgħa l-abbatini kienu impenjati f ’ diversi attivitajiet relatati ma ’ dawn il-festi . Wieħed seta ’ jinnota l-ammont kbir ta ’ impenn li jkun meħtieġ misservizz tagħna l-abbatini . Barra s-servizzi li tajna waqt il-funzjoni tad-Duluri , Ħamis ix-Xirka , Ġimgħa l-Kbira , Sibt il-Għid u Ħadd il-Għid , aħna tajna s-servizz tagħna f ’ konċelebrazzjonijiet li saru kull nhar ta ’ Erbgħa matul is-sitt ġimgħat tar-Randan .
MilieD 2015
Żmien l-Avvent kien ifisser impenn minna l-abbatini għal diversi funzjonijiet ta ’ tħejjija għall-festa tal-Milied . L-abbatini kienu impenjati waqt in-Novena li saret fil-parroċċa . Fi tmiem ta ’ dawn il-festi kienet organizzata laqgħa ta ’ talb għall-abbatini u l-familjari tagħhom ġewwa għar fix-Xagħra . Din l-attivita` sabet kliem ta ’ tifħir minn kull min attenda għaliha . Wara din l-attivita ’ sar festin fid-dar parrokjali fejn l-abbatini ngħataw rigal ċkejken tal-Milied . ringrazzjaMent
Ma nistax nagħlaq din il-paġna jekk ma nurix il-gratitudni lejn il-ġenituri tagħna li dejjem insibuhom lesti biex jikkoperaw magħna u jgħinuna fil-ħtiġijiet li jkollna minn żmien għal żmien . Grazzi wkoll għall-inkoraġġiment kontinwu u s-sostenn li nsibu minnhom . Dan jgħinna biex inwettqu l-ħidma tagħna b ’ risq il-parroċċa tax-Xewkija b ’ aktar impenn u serjeta` .
facebook page
Dawk kollha li jixtiequ jsegwu l-attivitajiet tagħna matul is-sena huma mistiedna biex jidħlu regolarment fuq ilfacebook page ta ’ Abbatini Xewkija . Inħeġġukom biex barra li tagħmlu like lill-paġna tagħna tħallu xi kummenti biex tgħinuna ntejbu din il-paġna . Dawk kollha li għandhom uliedhom interessati biex jidħlu għallimpenn ta ’ servizz fil-parroċċa bħala Abbatini huma mitluba biex jikkuntattjaw lill-Arċipriet biex wara li jattendu xi laqgħat ta ’ preparazzjoni jkunu lesti biex jibdew jagħtu anke huma s-servizz tagħhom fil-parroċċa . attiVitajiet
Matul din is-sena l-abbatini kellhom diversi ħarġiet fejn fihom stajna niltaqgħu flimkien u nirrikrejaw ruħna b ’ mod san . Dawn il-ħarġiet kienu jikkonsistu f ’ hike ġewwa Mġarr ix-Xini , mixja mix-Xewkija għar-Ramla u mawra fl-Oratorju Don Bosco fejn assistejna għal dramm .