Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Seite 25

23 għaqDiet reliġjuŻi fiX-Xewkija

gĦAqDA ABBATINI xEwKIJA Matthew attarD - prefett

ŻieDa t ’ abbati ġDiD arċipriet ġDiD fil-parroċċa
Fil-ġranet ta ’ qabel il-festa 2015 , l-abbatini kellhom tassew biex jifirħu . Dan għaliex nhar il-15 ta ’ Ġunju saret il-vestizzjoni ta ’ Benjamin zammit bħala Abbati . Din kienet okkażjoni sabiħa fejn fiha fraħna b ’ membru ieħor li aċċetta li jkun ta ’ servizz fil-qadi tal-artal . B ’ hekk l-ammont t ’ abbatini attivi fil-parroċċa tela ’ għal 19 -il membru . liVe in f ’ Malta
Tmiem Awwissu wassal l-aħbar li l-Eċċ . Tiegħu Mons Isqof għoġbu jaħtar lil Mons Dun Daniel Xerri bħala l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa . B ’ hekk mal-bidu ta ’ Settembru aħna l-Abbatini kellna l-opportunita` biex fl-ewwel laqgħa tagħna tajna merħba lill-arċipriet ilġdid kif ukoll irringrazzjajna lill-Mons Carmelo Mercieca għall- ġid kbir li għamel fil-parroċċa matul it-43 sena tal-parrokat tiegħu .
tisliMa u grazzi lis-seMinarista carl scerri
Fi tmiem Settembru lqajna għall-aħħar darba lis-seminarista Carl Scerri fostna . Dan peress li ġie mibgħut biex jagħti servizz ġewwa parroċċa oħra f ’ Għawdex . Filwaqt li rringrazzjanieh ta ’ dak kollu li għamel magħna l-abbatini matul is-sena ta ’ qabel awgurajnielu fil-ħidma l-ġdida tiegħu fid-djoċesi . Fi tmiem din il-laqgħa Carl qasam kejk tal-okkażjoni u ngħata tifkira ċkejkna ta ’ ringrazzjament .
Wara diversi impenji li kellna matul il-jiem tal-festa fl-okkażjoni tal-170 sena tal-wasla tal-istatwa ta ’ San Ġwann fostna , aħna l-abbatini kellna attivita` ta ’ mistrieħ fejn fiha qattajna tlett ijiem ġewwa l-kumpless Rivotorto ġewwa Birkirkara , Malta . Matul dan il- live-in aħna kellna diversi laqgħat ta ’ tagħlim kif ukoll rikreazzjoni ġewwa Malta mas-seminaristi Carl Scerri u Gabriel Vella . Din l- attivita` tatna l-opportunita` li nifhmu iktar l-importanza tal-impenn li aħna bħala abbatini dħalna għalih .