Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 18

16
adattat u għal skop preċiż , kif naraw mill-kliem ta ’ Ġesù nnifsu lil Ġwanni : “ Int għalissa ħallik minn dan , għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu .” Imbagħad Ġwanni ħallih jitgħammed .
Nirriflettu ftit : dawn il-frażijiet : “ għalissa ”, “ hekk jixraq ” u “ biex intemmu s-sewwa kollu ,” li jindikaw tliet karatteristiċi tal-pjanijiet t ’ Alla li xi drabi jkunu mhux tassoltu għalina . B ’ hekk , imbagħad , bħal Ġwanni , nistgħu naslu biex nissottomettu ruħna u nobdu l-pjanijiet ta ’ Alla .
1 . “ għalissa ”: xi drabi t-timing ta ’ Alla ma nifhmuhx , iżda jekk inħarsu lejn l-affarijiet mill-istess lenti t ’ Alla , żgur li nifhmu li jkun divinament propizju u preċiż ! Hu veru li t-talba ta ’ Ġesù lil Ġwanni biex jgħammdu ħasdet lil Ġwanni . Iżda minkejja li tħawwad , Ġwanni fehem li ż-żmien kien tajjeb u Ġesù kellu jkun obdut ! Hekk jista ’ jiġri lilna : xi drabi wieħed iħoss li l-Ispirtu jkun qed juri għall- bidla fil-pjanijiet ; jista ’ wieħed jidhirlu li l-ħin mhux f ’ waqtu , imma min-naħa t ’ Alla , jkun opportun ! Wieħed , għalhekk , bl-umiltà kollha għandu jikkalma u jippermetti dak li l-Ispritu jkun qed jispira ; b ’ hekk wieħed ikun qed jagħti glorja lil Alla .
2 . “ hekk jixraq ”: xi drabi donnu li t-triqat t ’ Alla , kif jiġru l-affarijiet , ma jkunux jagħmlu sens għalina . Jista ’ mara ta ’ 90 sena jkollha tarbija ? Kien hemm waħda , Sara , li iva kellha tarbija ! Li Salvaturi jitolbu li jkunu mgħammda mhix ħaġa normali ; iżda l-Iben ta ’ Alla hekk għamel . U dan kien l-aħjar mod biex jibda l-Ministeru tiegħu ! Hekk jista ’ jiġri lilna : xi drabi l-Ispirtu jista ’ jitlob minna xi ħaġa li għalina tkun barra mill-ordinarju , iżda għal Alla le . Ejjew inwettqu r-rieda t ’ Alla , inwettquha bil-mod kif iridha Hu u nħallu r-riżultat f ’ idejH !
Ta ’ min ikompli jinnota li waqt li Ġesù jiltaqa ’ ma ’ Ġwanni ġol-ilma tal-Ġurdan , dan tal-aħħar jipprova ma jħallihx ! “ Imbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġurdan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu . Imma Ġwanni ma ħalliehx u qallu : ‘ Jien hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek , u inti tiġi għandi ?” Ma kinitx din sitwazzjoni ironika ? Sa dak il-ħin Ġwanni kien mistenni minnu li jipprepara t-triq għall-Mulej Ġesù . Issa , quddiem Ġesù donnu qed jirreżisti , qed jimblokka ‘ t-triq ’ tal-Mulej ! Eżattament , bħalma għamel Pietru quddiem Ġesù meta dan beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm , isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba , joqtluh u fit-tielet jum iqum . Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu : “ Allaħares , Mulej ! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik !” Iżda , Ġesù dar lejh u qal lil Pietru : “ Itlaq minn quddiemi , ja xitan ! Int tfixkil għalija , għax m ’ intix tqis il-ħwejjeġ ta ’ Alla , imma qiegħed taħsibha ta ’ bniedem li int .” ( Matt 16 , 21-23 )
Meta wieħed jipparaguna dawn iż-żewġ okkażjonijiet li fihom imdaħħlin Pietru ( Matt16 , 21-23 ) u Ġwanni l-Battista ( Matt 3,13-17 ), ninnotaw li ż-żewġ ġrajjiet li fihom Ġesù jiltaqa ’ ma ’ reżistenza huma l-Magħmudija Tiegħu u l-Kruċifissjoni Tiegħu . Imma la Ġwanni , la Pietru u lanqas saħansitra l-mewt ma setgħu iżommu lil Ġesù milli jwettaq l-għan ewlieni tiegħu – is-salvazzjoni tagħna l-bnedmin ! Jista ’ jkun , li anke ' aħna , f ’ ċerti ċirkustanzi , ġieli ma ħallejniex il-pjanijiet t ’ Alla jseħħu . Ejjew , blumiltà kollha , fit-talb tagħna , nammettu r-reżistenza tagħna għall-pjanijiet ta ’ Alla , inbaxxu rasna għar-rieda Tiegħu , u nagħmlu kull ma nistgħu biex iseħħu l-pjanijiet Tiegħu għal ħajjitna !
3 . “ biex intemmu s-sewwa kollu ” Meta nwieġbu għar-rieda ta ’ Alla bl-ubbidjenza , aħna ningħaqdu intimament Miegħu biex isir is-sewwa kollu ! Għandna l-assigurazzjoni tal-preżenza ta ’ Ġesù li tagħtina kuraġġ biex inkomplu nwettqu l-pjan t ’ Alla . U Alla jikkalma l-biża ’ tagħna , jaħseb għall-bżonnijiet li jonqsuna , u jurina t-triq . Dak li rridu nagħmlu aħna hu li nwieġbu bla tnikkir u li nbaxxu rasna fi spirtu ta ’ ubbidjenza lejH , biex hekk nimxu id f ’ id ma ’ Ġesù fit-triq ‘ dejqa ’ ta ’ Alla .
Ġwanni l-Battista seta ’ irraġuna li kienet sejħa ‘ stramba ’ li Ġesù jitolbu biex jgħammdu . Imma x ’ wieġbu Ġesù , xott xott ? “ Int għalissa ħallik minn dan !” Fi kliem ieħor : ‘ Agħmel kif qed ngħidlek jien !’ Xi drabi , veru , li Alla l-Imbierek jitlobna affarijiet li ma tantx nifhmuhom . Stħajjel lil Alla jgħidlek : ‘ Agħmel dak li qed innebbħek tagħmel ! Hekk jitlob il-mument !’