Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 19

17

MoNIToRAĠĠ TAL-ARJA FIL-MEDITERRAN Ko-oRDINAT MIx-xEwKIJA Dr francelle azzoparDi

Żġur li kull Xewki u kull Għawdxi huwa konxju taċ-ċentru li l-Università ta ’ Malta għandha fir-raħal tagħna sewwasew fi Triq l-Imġarr . Imma jista ’ jkun li mhux kulħadd jaf li f ’ dan l-istess ċentru nsibu l-bażi ta ’ grupp ta ’ riċerka responsabbli mill-monitoraġġ tal-arja fil-Mediterran . Ir-rivisita Gourgion għamlet żjara f ’ dan iċ-ċentru fejn fost oħrajn iltqajna mal-Inġiniera Francelle Azzopardi li hi proprju mix-Xewkija u hija waħda mir-riċerkaturi involuti f ’ dan il-grupp ta ’ riċerka mmexxi mill-Professur Raymond Ellul . Skoprejna wkoll li għadha kemm temmet b ’ suċċess id-dottorat tagħha . Ħadna l-okkażjoni biex nitkellmu magħha u skoprejna diversi fatturi interessanti li joħorġu mir-riċerka li permezz ta ’ dan iċ-ċentru . F ’ isem il-qarrejja tagħna staqsejna numru ta ’ mistoqsijiet li f ’ din il-ħarġa qed qed nippublikaw it-tweġibiet tagħhom .
Dr Azzopardi tista ’ tgħidilna ftit kemm ilu mwaqqaf dan il-ċentru ta ’ riċerka propju hawnhekk ? Dan iċ-ċentru beda fl-1996 bi ftit strumenti li jkejlu gassijiet li jniggsu l-arja kif ukoll parametri meterjoloġiċi . Fl-2010 imbagħad , permezz ta ’ fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea , inxtraw ħafna iżjed strumenti sofistikati li tpoġġew kemm fix-Xewkija kif ukoll fil-Fanal ta ’ Ġordan . L-uffiċċji u l-laboratorju tagħna wkoll ġew immodernizzati permezz ta ’ dan il-proġett .
X ’ inhu l-iskop ewlieni ta ’ dan iċ-ċentru ? L-iskop prinċipali ta ’ dan iċ-ċentru hu li nkejlu l-livell ta ’ tniġġis tal-arja fiċ-ċentru tal-Mediterran , kemm bħala gassijiet u kif ukoll bħala partiċelli . Huwa proprju minħabba dan il-fatt li ċ-ċentru tagħna huwa bbażat ġewwa Għawdex , fejn il-maġġoranza tal-istrumenti tagħna jinsabu fil-Fanal ta ’ Ġordan , ġewwa l-Għasri . Dan biex ikunu f ’ ambjent rurali , kemm jista ’ jkun ’ il bogħod minn sorsi lokali ta ’ tniġġis tal-arja , u b ’ hekk inkunu nistgħu nistudjaw is-sitwazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran .
Xi kemm -il persuna hemm nvoluta f ’ din ir-riċerka ? Dan iċ-ċentru ġewwa Għawdex , li jifforma parti mill- Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta ’ Malta , huwa magħmul minn grupp ta ’ ħamsa min-nies . Ovvjament , minħabba n-natura tar-riċerka li qed nagħmlu , minn żmien għal żmien nidħlu f ’ kollaborazzjoni ma ’ diversi universitajiet u entitajiet ta ’ riċerki oħra f ’ pajjiżi barranin , anke permezz ta ’ proġetti li nieħdu sehem fihom .
Insibu xi ċentru ieħor bħalu fil-gżejjer tagħna jew huwa uniku fin-natura tiegħu ? Iċ-ċentru tagħna huwa rikonoxxut bħala Global Atmosphere Watch ( GAW ) background station mill- World Meteorological Organization , allura f ’ dan irrigward nistgħu ngħidu li huwa uniku fil-gżejjer tagħna . Infatti f ’ laqgħat u konferenzi li jsiru regolarment f ’ din il-komunità tal-GAW , il-grupp tagħna jkun qiegħed jirrapreżenta lil Malta .
Semmejtilna fil-qosor l-iskop taċ-ċentru , forsi tista ' tagħtina ftit aktar dettalji tal-apparat li għandkom installat fil-fanal ta ’ Ġordan ? L-apparat li għandna jkopri firxa wiesa ’ fil-qasam tattniġġis tal-arja . Huwa apparat sofistikat li jilħaq il-miri tal-GAW u li b ’ kollox jammonta għal aktar minn € 750,000 . Bħala strumenti li jkejlu dawk li jissejħu ‘ trace gases ’ għandna ‘ analyzers ’ għal ‘ ozone ’, ‘ sulphur dioxide ’, ‘ nitrogen oxides ’, ‘ carbon monoxide ’, ‘ carbon dioxide ’, ‘ methane ’, ‘ water vapour ’, u ‘ Radon-222 ’. Mill-banda l-oħra l-istrumenti li għandna li jkejlu l-partiċelli fl-arja ( aerosols ) jkopru medda ta ’ bejn 10 microns u 10 nanometers . Għandna wkoll diversi strumenti oħra li jkejlu parametri meterjoloġiċi bħad-direzzjoni u s-saħħa tar-riħ , temperatura u umdita fost l-oħrajn . Installajna wkoll AIS ( Automatic Identification System ) receiver biex inkunu nistgħu nintraċċaw l-ammont u t-tip ta ’ vapuri li jgħaddu madwar il-gżejjer Maltin .
Xi jsir mill-informazzjoni li tinġabar minn dan iċċentru ? Tiġi maqsuma ma ' xi ċentri oħra ta ’ riċerka oħra ? Id-data kollha li tinġabar mill-istrumenti li għandna kemm fil-Fanal ta ’ Ġordan kif ukoll fix-Xewkija , tinġabar fis- ‘ server ’ li għandna x-Xewkija stess , filwaqt li tiġi anke backed up ir-Renju Unit . Din id-data mbagħad , wara li tiġi proċessata u validata , tintbagħat lil World Meteorological Organization . Din id-data mbagħad tintuża biex jinħarġu rapporti , studji , scientific papers eċċ . Apparti hekk , kif semmejt qabel , anke permezz ta ’ proġetti li nieħdu sehem fihom , din id-data naqsmuha ma ’ entitajiet differenti , kemm hawn Malta kif ukoll f ’ pajjiżi oħra . Biex nieħdu eżempju lokali , l-informazzjoni li niġbru fuq id-direzzjoni u l-qawwa tar-riħ tintbagħat lill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta ’ Malta . Fi proġetti bħalma huma l-VAMOS SEGURO u l-MED-SUV , naqsmu d-data li niġbru aħna ma ’ entitajiet