Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 17

15 lil Ġesù billi jgħidlu : “ Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek u int tiġi Għandi ?” ( Matt 3 , 14 ). Żgur li l-folol ta ’ nies , quddiem il-fatt li Ġwanni ma riedx jgħammed lil Kristu , ssorprendiehom ! Għax Ġwanni kien mimli birriverenza lejn Kristu , l-Messija !
It-Tweġiba ta ’ Ġesù
Minkejja li Ġwanni ma riedx jgħammdu , Ġesù kien jaf li l-Magħmudija tiegħu kienet kruċjali . Ġwanni nnifsu ma kienx fehem b ’ mod sħiħ is-sinjifikat ta ’ dak li kien ser jagħmel , iżda Ġesù assigurah : “ Int għalissa ħallik minn dan , għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu .” ( Matt 3 , 15b ) Ġwanni , allura , fehem dan il-kliem u rrealizza li mhux hu kellu jiddeċiedi u Ġesù jobdi ; it-tnejn flimkien kellhom iwettqu dak li ‘ kien jixraq .” Ġwanni aċċetta li jgħammed lis-Salvatur . Id-dubji u t-tnikkir tiegħu għebu meta l-Imgħallem Tiegħu sejjaħlu biex jobdi !
Il-Magħmudija nfisha
Il-Magħmudija ta ’ Ġesù ħadet ftit sekondi , iżda dawn il-ftit sekondi kellhom intensità kbira ! Fir-rakkonti tal- Evanġelisti Luqa u Marku nistgħu naraw is-sekwenza tal-azzjonijiet :
1 . L-immersjoni fix-xmara : Kien tard fil-ġurnata u ħafna kienu diġà tgħammdu meta Ġesù daħal fl-ilma .“ Ġara li , wara li tgħammed il-poplu kollu , Ġesù tgħammed ukoll …”( Luqa 3 , 21a ). Iżda l-Magħmudija ta ’ Ġesù ma kinitx bħal tal-oħrajn , kif juri San Mark : “ U minnufih hu u tiela ’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu , u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu .” ( Mark 1 , 10 )
2 . Il-Ħamiema mis-Sema : L-Evanġelista Luqa jiddeskrivi l-istess ġrajja fl-Evanġelju tiegħu , iżda jżid element li l-Evnġelista Marku ma jsemmix : Xħin Ġesù kien tiela ’ mill-ilma , Hu kien qed jitkellem ma ’ Missieru . Hu ra s-Sema jinfetaħ xħin għajnejh kienu jħarsu ’ l fuq fit-talb : “ U waqt li kien jitlob , is-smewwiet infetħu , u niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta ’ ħamiema .” ( Luqa 3 , 21b-22a ). L-Evanġelista Luqa hu aktar speċifiku minn Marku meta jiddeskrivi l-ħamiema . Din il-ħamiema ma kinitx sempliċement simbolu tal-Ispirtu s-Santu , imma fil-fatt kien l-Ispirtu s-Santu nnifsu – teofanija . Wieħed jista ’ jimmaġina l-istagħġib ta ’ Ġwanni xħin ra s-smewwiet jinfetħu , l-Iben ta ’ Alla jitlob u l-Ispirtu s-Santu nieżel fuqu . Imma mhux biss !
3 . Il-Leħen tal-Missier Alla : Biex titkompla l-preżenza tat-Trinità Qaddisa , l-Missier tkellem : “ U mis-Sema ġie leħen jgħid : Inti Ibni l-għażiż ; fik sibt l-għaxqa tiegħi .” ( Luqa 3 , 22b ) Dan il-ġest ma kienx sempliċiment taptipa fuq ir-ras minn missier . Dan il-kliem kien il-konferma u l-proklamazzjoni solenni ta ’ Ġesù bħala is-Sultan Suprem ( ara Salm 2 , 6-9 ) u l-Qaddej Fidil-Salvatur . ( ara Isaija 42,1-4 ). Il-Magħmudija ta ’ Ġesù kienet saret , iżda l-missjoni kuraġġuża ta ’ Ġesù , bħala l-Ħaruf t ’ Alla , kienet għadha kif bdiet !
Implikazzjonijiet prattiċi
Mal-Magħmudija ta ’ Ġesù , minn dakinhar ’ il quddiem sa mewtu , Ġwanni l-Battista jibda jnaqqas millinfluwenza tiegħu , filwaqt li Ġesù jibda jżidha . Tassew li l-Magħmudija ta ’ Ġesù ġiet fil-ħin opportun , bil-mod