Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 16

14

IL-MAgĦMUDIJA TA ’ SIDNA ĠESÙ KRISTU MINN ĠwANNI L-gĦAMMIEDI

“ xmara – ħamiema – leħen ”

Minn bennie Mercieca , MeMbru tas-soċjetà tal-M . u . s . e . u . M .
Għal Sidna Ġesù Kristu l-Magħmudija kellha tifsira sinjifikanti ! Il-Magħmudija tiegħu stess tat ħajja lillministeru Tiegħu bis-setgħa u bl-awtorità u kkonfermat l-impenn Tiegħu li jaqdi lill-Missier Tiegħu anke sal-mewt tas-salib . Però , għalkemm il-Magħmudija tiegħu kienet daqshekk importanti , fiha ntużaw tliet elementi millaktar komuni , li huma : XMARA , ĦAMIEMA u LEĦEN !
It-tħabbir tal-Battista :
Qabel ma ’ Sidna Ġesù Kristu mar jitgħammed , Ġwanni l-Battista kien diġà ħabbar li kienet waslet is-Saltna t ’ Alla . In-nies marru bi ħġarhom biex jisimgħuh u jitgħammdu għax il-messaġġ tiegħu qanqalhom għall-konverżjoni – messaġġ sempliċi , bla kantunieri , iżda kuraġġuż . Ilmessaġġ ta ’ Ġwanni kien jikkontrasta ferm mal-ħafna taħwid u tagħsid ta ’ kliem fil-vojt tal-Fariżej . Ġwanni l-Għammiedi qal lill-folol , ċar u tond , li setgħu jidħlu fis-Saltna t ’ Alla biss jekk ikollhom indiema sinċiera , konverżjoni tal-qalb , u mhux reliġjożità minn barra biss , jew għax kienu ġejjin min-nisel Lhudi . Għalhekk , kif ra bosta mill-Fariżej u mis-Saduċej ġejjin għall- Magħmudija tiegħu , qalilhom : “ Ja nisel il-lifgħat , min uriekom kif għandkom taħarbu mill-korla li ġejja ? Agħmlu mela frott xieraq tal-indiema . U taħsbux li tistgħu tgħidu fikom infuskom , ‘ Għandna b ’ missier lil Abraham ,’ għax ngħidilkom li Alla , minn dan l-istess ġebel jista ’ jqajjem ulied lil Abraham .” ( Matt 3 , 6-9 )
Il-messaġġi ta ’ Ġwanni kienu jinkludi , ukoll , profeziji li jikkonċernaw il-Messija li kellu jiġi . Mis-silta li ġejja nistgħu nidentifikaw erba ’ profeziji ċari :
“ Jien ngħid għalija , ngħammidkom bl-ilma għall-indiema ; imma min ġej warajja hu aqwa minni , u jien ma jistħoqqlix inġorr il-qorq tiegħu . Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar . Il-midra qiegħda f ’ idu , biex iderri l-qiegħa tiegħu u jiġbor il-qamħ fil-maħżen , imma t-tiben jaħarqu b ’ nar li ma jintefiex .” ( Matt 3 , 11-12 )
Għalhekk , mela , dak Kristu li ħabbar dwaru Ġwanni kellu jgħammed , inaddaf , jiġbor u jaħraq . Dawn il-profeziji ta ’ Ġwanni jirreferu għal dak li kellu jagħmel Ġesù meta Hu kellu jikkastiga lill-ħżiena u jippremja t-tajbin . Dak il-proċess ta ’ ġudizzju beda minn meta deher għallewwl darba fuq l-art u kellu jilħaq il-quċċata tiegħu fittieni miġja tiegħu fl-aħħar tad-dinja . Il-ġudizzji tiegħu huma mfissra permezz tal-mod antik tad-dris tal-qamħ , meta l-bdiewa kienu jużaw il-furkettun biex jgħollu l-qamħ li jkunu ħasdu fir-riħ ; il-karfa ħafifa tmur naħa biex imbagħad tinħaraq , filwaqt li l-qamħ li jaqa ’ fl-art jinġabar fil-maħżen .
Permezz ta ’ din it-tixbiha , Ġwanni kien qed iħabbar li r-reliġjon tradizzjonali magħmula mill-bnedmin kellha ‘ tinħaraq ’ bħal karfa li ma kellha ebda siwi . Iżda , l-messaġġ ġdid tal-Messija ta ’ fidwa ħelwa kellu jġib barka u ħelsien għal dawk kollha li kellhom jindmu u jemmnu ! Dawn il-profeziji ta ’ Ġwanni kienu qed juru biċ-ċar lill-poplu li l-indiema biss setgħet issalvahom !
Bir-raġun , kliem Ġwanni mela bil-korla lill-Fariżej li kienu mimlija bihom infushom , għax hu kixef ir-reliġjożità falza tagħhom . Il-messaġġ tal-Battista kien kuraġġuż , ġdid u awtorevoli ; għal dak iż-żmien kienu kliem rivoluzzjonarji u li ma setgħux ma jsibux reżistenza inevitabbli . Iżda Ġwanni , baqa ’ jżomm sod , kompla miexi ’ l quddiem , ma ċediex . Tagħlima għalina , llum , biex quddiem l-ideat żbaljati tal-lum inżommu sod u ma naqtgħux qalbna ! Nistħajlu lil Ġwanni l-Battista jgħidilna : “ Żommu sod fit-twemmin tagħkom ! Komplu mexjin ’ l quddiem fuq it-tagħlim ta ’ Kristu ! Taqtgħux qalbkom !”
Il-Wasla tal-Messija
Minkejja li Ġwanni kien profeta , però , hu ma kienx jaf iż-żmien eżatt meta Kristu kellu joħroġ fil-beraħ . B ’ danakollu , Ġwanni xorta waħda baqa ’ jwettaq iddmirijiet tiegħu li jwissi , iħeġġeġ , jikkundanna u jgħammed ! Bir-raġun , għalhekk , meta kellu jħalli d-dar ta ’ Nażaret , Ġesù kien jaf eżattament , fejn kellu jmur : direttament lejn Ġwanni , fil-Ġurdan , fejn dan kien jgħammed . Hekk jiddeskrivi San Mattew din ix-xena sempliċi imma sinjifikattiva : “ Imbagħad ġie Ġesù mill- Galilija lejn il-Ġurdan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu .” ( Mattew 3 , 13 )
Ir-Reżistenza ta ’ Ġwanni
Meta Ġesù neża ' s-sandli u niżel fix-xmara biex ikun mgħammed , Ġwanni nħasad ! Ġesù , l-Iben ta ’ Alla , ried li jkun mgħammed . Għalxejn Ġwanni pprova ma jħallix