13 kien martri fil-veru sens tal-kelma , kien ukoll “ martri aħdar ” minħabba li ċaħad lid-dinja u l-ġibda tagħha .
Tajjeb ngħid li kull dettall li nsibu f ’ ikona mhux qiegħed hemm biex iżejjen , kif , diżgrazzjatament insibu f ’ ħafna mill-pitturi tagħna tal-Punent . Kull dettall qiegħed hemm biex iwassal messaġġ jew biex ifakkarna f ’ dettalji li nsibu fil-ġrajja tal-qaddis / a . Semmejna l-ġwienaħ , il-mannara , siġra , ras fi platt . Dawn kollha għandhom x ’ jaqsmu mal-ħajja ta ’ Ġwanni . B ’ hekk l-ikona ssir “ Vanġelu ” għal dawk li ma jafux jaqraw . �
Niltaqgħu wkoll ma ’ diversi ikoni marbuta ma ’ Ġwanni li s-suġġett tagħhom ma jkunux daqstant komuni . F ’ ikona partikulari naraw lil Ġwanni qed jipponta lejn kalċi li qed iżomm f ’ idu u li fih tidher tarbija . Hija referenza għall-Ewkaristija . It-tarbija mhi ħadd għajr Ġesu ’, il- “ Ħaruf t ’ Alla ”.
Il-Festi marbuta ma ’ Ġwanni l-Battista
Fil-Knisja tal-Punent niċċelebraw żewġ festi marbuta ma ’ Ġwanni :
• Fl-24 ta ’ Ġunju : it-twelid tiegħu .
• Fid-29 t ’ Awwissu : qtugħ ir-ras tiegħu .
Fil-Knisja Ortodossa jew tal-Lvant jiġu ċċelebrati mhux anqas minn sitt festi , naturalment fi ġranet differenti ! Dawn huma l-festi fl-ordni li jiġu ċċelebrati . Tajjeb inżommu f ’ rasna li s-Sena Liturġika tal-Ortodossi tibda fl-1 ta ’ Settembru .
• It-23 ta ’ Settembru : il-konċepiment ta ’ Ġwanni f ’ ġuf Eliżabetta .
• Is-7 ta ’ Jannar : Il-wirja ta ’ San Ġwann il- Battista . Din hija l-festa prinċipali marbuta ma ’ Ġwanni l-Battista meta fis-sena 956 wK , idu l-leminija ttieħdet għal Kostantinopli minn Antijokja .
• L-24 ta ’ Frar : l-ewwel u t-tieni sejba ta ’ ras San Ġwann il-Battista .
• Il-25 ta ’ Mejju : it-tielet sejba ta ’ ras San Ġwann il-Battista .
• Fl-24 ta ’ Ġunju : it-twelid tiegħu .
• Fid-29 t ’ Awwissu : qtugħ ir-ras tiegħu .
Il-festa tal-ġenituri ta ’ Ġwanni , San Żakkarija u Santa Eliżabetta , hija fil-5 ta ’ Settembru . Interessanti festa oħra osservata biss mill-Knisja Ortodossa Russa . Fit-12 t ’ Ottubru jfakkru ġrajja marbuta ma ’ ġżiritna meta l-id il-leminija ta ’ Ġwanni l-Battista ġiet meħuda minn Malta fl-1799 għal Gatchina fir-Russja , meta l-imperatur Russu Pawlu I sar Granmastru tal-Ordni ta ’ San Ġwann . Ir-raġuni prinċipali kienet it-theddida tal-gwerra minn Napuljun . L-id kienet ingħatat rigal mis-Sultan tat-Turkija lill-Kavallieri ta ’ Malta . Illum , l-id tinsab fil-Monasteru ta ’ Cetinje fil-Montenegro .
1
Mil-Latin Legenda aurea jew Legenda sanctorum
2
Kotba Apokrafi huma kotba miktuba fl-istil tal-kotba li nsibu fil- Bibbja imma li l-Knisja żżomm li mhumiex ispirati , ħafna drabi minħabba stejjer u esaġerazzjonijiet li nsibu fihom .
3
Ngħidu li ikonografu jikteb ikona għaliex hu qed jirrappreżenta persuna jew ġrajja permezz tal-kulur bħalma jagħmel kittieb permezz tal-linka . Fil-fatt il-kelma ikonografu ġejja minn żewġ kelmiet bil-Grieg : ikon , li tfisser xbieha , u graphis , li tfisser tikteb .
4
The Icon – Window on the Kingdon , ta ’ Michel Quenot
5
The Icon – Image of the Invisible : Elements of Theology , Aesthetics and Technique , ta ’ Egon Sendler S . J .
6
The Resurrection and the Icon , ta ’ Michel Quenot
7
Ittra ta ’ San Girgor lil Serenus , isqof ta ’ Marseilli , PL 1027
8
Mill-Vanġelu ta ’ San Ġwann , kap 1 , vers 29 .
9
Mill-Vanġelu ta ’ San Mattew , kap 2 , vers 2 .
10
Mill-Ktieb tal-Profeta Malakija , kap 3 , vers 1 .
11
Mill-Vanġelu ta ’ San Mark , kap 6 , versi 14-49 .
12
Mill-Vanġelu ta ’ San Mattew , kap 3 , versi 9-11 .
13
Ara nota nru 7 .
MADONNA
TAL-ĦNIENA
S T O R E
2 , Mgarr Road , Xewkija VCT 111
Tel : 21555314 Mob : 79923661