Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 92

90 Tislima min Ontario -m il le ħe n jiktbilna mill-Canada, Dun Joseph Grima ju n a r ji x e w n ki i ss Ħbieb Xewkin, Ġunju reġa’ qiegħed magħna, u bla dubju tiġi f’moħħna l-festa tagħna tant mistennija sena wara l-oħra tal-maħbub patrun tagħna San Ġwann Battista. Din is-sena nagħlaq 15-il sena saċerdozju, nirringrazzja lill-Mulej ta’ kull mument f’din il-mixja. Il-Kanada, iktar minn qatt qabel, saret art tal-missjoni, fejn il-knisja t’hawnhekk, bħal postijiet oħra, qed tħabbat wiċċha ma’ diversi sfidi ta’ sekularizzazzjoni sfrenat u indifferenza marida li ġġib ħafna konfużjoni u bruda. Inħossu wkoll in-nuqqas ta’ vokazzjonijiet, fid-djocesi ta’ Toronto, bħal f’inħawi oħra fid-dinja. Biss il-Mulej dejjem jipprovdi ħaddiema għall-għalqa, u jgħinna niġġieldu din il-bruda b’qawwa u poter spiritwali. Bħalissa ninsab ġewwa parroċċa ddedikata lil San Franġisk de Sales. Ilni hawn sentejn. Hija parroċċa kbira b’5400 familja reġistrati. Maġġoranza familji żgħar u għadhom jibdew. Ftit ikolli ħin personali u dejjem ġlieda kontra l-ħin li verament itir u ma jistenna lil ħadd. Għandna seba’ skejjel kbar, nieħdu ħsieb żewgt idjar tal-anzjani, sptar u skola privata wkoll. Għandna diversi gruppi u ministeri u opportunitajiet oħra fejn adulti, żgħażagħ u tfal jistgħu jitgħallmu iktar il-fidi tagħhom u jwettqu għemejjel fejn jaqdu u jservu lill-Mulej u lil ħuthom ilbnedmin. Inħossni verament kuntent minkejja d-diffikultajiet kbar li għandna wkoll. Biss donnu dejjem ikun hemm biżżejjed saħħa u enerġija għal għada u l-pitgħada. Inselmilkom ilkoll egħżiez. Sikwit niftakar fi ħmistax –il sena ilu meta nżur il-memoriji tar-ritratti ta’ bosta wċuh minnkom fl-album u lvideo tal-ewwel quddiesa sollenni tiegħi fix-Xewkija. Inkomplu nitolbu għal xulxin mid-diversi postijiet li fihom ninsabu nservu l-Knisja ta’ Kristu. It-talb importanti ħafna, napprezzah immens. Mir-raħal ta’ Ajax Ontario, inwegħdkom it-talb tiegħi wkoll. Il-festa t-tajba lil kulħadd, Paċi u sliem