Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 91

89 il le ħe n Tislima mill-Brażil -m ju n a r ji x e w n ki jiktbilna mill-Brażil, Dun Salv Vella i ss Reġgħet waslet il-festa tal-patrun tagħna San Ġwann. Kif semmejt drabi oħra, il-parroċċa tiegħi fil-Brażil hija wkoll iddedikata lil San Ġwann. Din is-sena ser nispjega kif bdiet din id-devozzjoni hawnhekk fil-post li jismu Jaqueira. Id-devozzjoni hija marbuta ħaġa waħda mal-oriġini ta’ dan id-distrett li jinsab filperiferija tal-belt ta’ Maceio fit-tramuntana tal-Brażil, reġjun fqir u sħun ħafna. Il-ħajja hawnhekk bdiet erba’ u ħamsin sena ilu. Kien għad hawn biss sitt idjar fqar, mingħajr dawl, mingħajr ilma u mingħajr toroq. Intant dawn il-familji stiednu lil kappillan tal-parroċċa viċin biex jitla’ iqaddes Quddiesa għall-ewwel darba fit-triq. Wara li ntemmet il-quddiesa qalulu biex jibdew jibnu kappella f’dak l-i stess post u jiddedikawha lil San Ġwann Batista. Il-kappillan staqsihom: “Għaliex San Ġwann?” Qalulu: “Għax San Ġwann kien jgħixfid-deżert. Allura bilfors li huwa kien bniedem ta’ stonku u ta’ kuraġġ kbir. Aħna biex ngħixu f’dan il-post irid ikollna l-istess spirtu” Il-kappillan beda jitbissem, qabel magħhom u malajr bdew jibnu din il-kappella li għadha teżisti sallum. Il-kappillan beda jqaddes quddiesa kull xahar u l-kommunità bdiet tikber b’ritmu kbir. Bdew jinfethu toroq tat-torba (uħud għadhom hekk sallum). Wara ftit taż-żmien, inbidel il-kappillan u ġie wieħed Taljan, li kien barka mis-sema għax tefa’ għajnejh fuq din il-parroċċa u beda jibni knisja kbira bil-fondi tal-ħbieb Taljani. Illum hija l-knisja ċentrali tal-parroċċa tiegħi. Meta tlestiet il-knisja huwa rritorna lejn l-Italja. Jiena wasalt f’Diċembru 1998, komplejna l-knisja u bil-mod il-mod bdejna niftħu komunitajiet ġodda kull waħda bil-knisja propja tagħha. L-aħħar waħda ftaħniha sentejn ilu, iddedikata lil Suor Dulce Lopes, soru Brażiljana li kienet ġiet ibbeatifikata tliett snin ilu. Din is-sena, il-festa ta’ San Ġwann ser nagħmluha nhar it-28 ta’ Ġunju. Interessanti li dawk il-komunitajiet kollha li semmejt, jieħdu sehem fil-festa - kull waħda jkollha ġurnata għaliha. Nispera li jkollkom festa mill-isbaħ u nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lix-Xewkija Tigers għas-suċċessi kbar li qegħdin iwettqu. Viva t-Twelid Imqaddes ta’ Ġwanni l-Battista. Mhux ta’ b’xejn il-Profeti, l-Evanġelisti Il-qaddisin u n-nies tad-dinja , Ifaħħru, Lil Ġwanni l-Battista. Sidna Ġesù Kristu stess Ifaħħar lil Ġwanni l-Battista Meta qal: “Ħadd ma twieled bin mara, Ikbar minn Ġwanni l-Battista.” Viva l-ikbar qaddis Ġwanni l-Battista Viva t-twelid imqaddes ta’ Ġwanni l-Battista Meta l-Madonna marret iżżur l-qariba tagħha Santa Eliżabetta. Santa Eliżabetta x’ħin semgħet leħen il-Madonna qalet : “Kif omm sidi tiġi għandi?” Ġwanni tqaddes minn ġuf ommu dak il-ħin stess. Viva l-martirju ta’ Ġwanni l-Battista Viva l-manjus Viva l-kbir Ġwanni l-Battista. Viva ix-Xewkin kollha. Ħsieb ta’ Frenċ Farrugia magħruf bħala Frenċ ta’ Skriepel