91
il
le ħe n
L-isbaħ Laqgħa f’Ħajti
-m
ju n a r ji x e w
n
ki
jiktbilna mill-Gwatemala Dun Ġużepp Camilleri
i ss
L-isbaħ laqgħa li qatt kelli kemm ilni fil-Gwatemala
Kien l-ewwel ta’ Mejju, festa ta’ San Guzepp ħaddiem meta mas-sebħ, flimkien ma’ żewġ
katekisti tlaqna lejn raħal li jġib l-isem ta’ Komapa, raħal fuq muntanja ta’ sbuħija li ma
ngħidlekx. Il-popolazzjoni, f’dan ir-raħal hija ta’ madwar 5,500 ruħ, nies foqra materjalment
iżda sinjuri b’ħafna tfal madwarhom. Kull meta nżur dan il-post, dejjem inġedded il-memorji ta’ tfuliti, memorji
li ma ninsihom qatt. Fi triqti, ħdejn il-pjazza tax-Xewkija, konna madwar 105 tifel u tifla, nifirħu u nferħu, niġru
wara ballun taċ-ċaruta u nilgħabu noli galletta (hide and seek). Xi ġlieda bejnietna ta’ tfal li konna, dejjem kienet
tinħoloq iżda wara ftit tal-ħin konna nagħmlu paċi. Llum, kulma tara, huma djar vojta qisu hemm il-ħares, bibien
imsakkrin u twieqi imbexqin biex tfendi ftit tal-arja. Ħasra toroq bla ħajja, tfal imkien.
Mhux hekk f’Komapa. Illum kienet festa kbira. Madwar 225 tifel u tifla kellhom jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Malwasla tagħna f’dan ir-raħal, innutajna li t-tfal kienu diġà miġburin fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Stħajjilthom
bħal għasafar lesti biex jagħmlu l-ewwel titjira tagħhom. Kulma kien jonqoshom kienu żewġ ġwienaħ biex
jers qu iktar viċin ta’ min kellhom jitrejqu biH. Fuq wiċċhom ilmaħt dija ta’ ferħ li ebda pinzell ta’ pittur ma seta’
jżelleġ fuq tila biex jesprimi s-sbuħija ta’din il-ġurnata tant mistennija.
Illum messitni x-xorti li nilbsu jien
Bdejna l-mixja tagħna lejn il-knisja. Il-bniet kienu fl-ewwel ringiela, libsin b’mant abjad, iżda biż-żmien, il-mant
li kellhom fuqhom kien xi ftit imkemmex u tilef kuluru bis-snin li għaddew minn fuqu. Tifla minnhom malli
ratni fid-daħla tal-knisja, ħarġet mil-linja tagħha biex tgħidli li l-mant li kella fuqha ġie mogħti snin ilu minn
benefatturi Maltin u kull sena xi ħadd minn tal-familja jużah. Qaltli: “Illum messitni x-xorti li nilbsu jien.” Issubien bi qmis bajda u b’ċoff imdawwar ma għonqhom, kien qishom lesti għal xi gradwazzjoni. Ilkoll kellhom
xemgħa f’idejhom, simbolu tad-dawl iktar qawwi li kellhom jirċievu.
A JESUS NUESTRO GRAN AMIGO
Malli kulħadd ħa postu, intonajna l-kant “Amor de los amores”, ‘Imħabba t’imħabbti”. Stħajjiltni qed nisma’
sinfonija ta’ Bethoven kultant b’xi twerżieqa barra minn lokha. Iżda l-Mulej li minn fejn kien qed jara u jisma’
kollox, żgur li ma tantx inkwieta bl-iżbalji tal-ġurnata.
Għidtilhom: “Għeżież tfal, tafu xejn lil minn ser tirċievu?” Bilkemm spiċċjat l-aħħar kelma u lkoll b’vuċi waħda
qaluli: “A Jesús nuestro gran amigo”, lil Ġesù, l-ikbar ħabib tagħna. F’idejja kelli lil Kristu ħaj, bħal Battista għollejtu
’l fuq u għamiltilhom l-istess stedina li l-Battita għamel lid-dixxipli tiegħu meta għall-ewwel darba ra lil Kristu
riesaq lejh: “Dan hu l-Ħaruf t’Alla, imberkin intom li ġejtu mistiedna għall-ikla tal-Mulej.
Hawn, bi ftit ta’ swied il-qalb
ftakart f’tant tfal oħra li bħal dawn,
jixtiequ jersqu lejn l-istess mejda
tal-Ħaruf iżda ma għandhom lil
ħadd min iressaqhom. Jgħaddu
ħajjithom neqsin mill-vera ħajja,
jistqarru lil Ġesù biss bil-kelma,
mingħajr qatt ma jitrejqu biH
sagramentalment.
Wara li tkun qrajt din l-esperjenza,
tixtieq xejn li tkun missjunarju/a
biex permezz tiegħek Kristu jkun
iktar magħruf?