Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 86

84 Niltaqgħu ma’ Jurgen Attard Jurgen Attard, huwa Xewki li illum jgħix f’Melbourne l-Awstralja. Huwa iben Ġanni u Joany Attard li flimkien ma ħuh James, ħames snin ikbar minnu, trabba, kiber u ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fostna fix-Xewkija. Flimkien ma ħuh, kien iħobb jgħin f’numru ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet Xewkin fosthom fil-Kumitat taż-Żgħażagħ, armar, fil-MUSEUM u anke fil-knisja tax-Xewkija. Kien ukoll attiv ħafna fil-karnival fejn mhux l-ewwel darba li grupp li fih kien imdaħħla kiseb l-ewwel post fil-karrijiet trijonfali. “L-arti minn dejjem kienet l-ambizzjoni tiegħi” qalilna Jurgen meta tkellimna miegħu b’rabta ma’ numru ta’ xogħolijiet artistiċi li pproduċa dawn l-aħħar snin. “Sa minn meta kont żgħir dejjem kont dak ittifel li fejn tidħol xi biċċa arti, kont nidħol għaliha”, kompla Jurgen. U din il-ġibda lejn l-arti kompliet meta emiġra lejn l-lAwstralja fejn iddeċieda li jieħu xi korsijiet dwar “airbrushing”, liema korsijiet dam għaddej bihom madwar sentejn. Jurgen iħoss li frott ta’ dawn il-korsijiet it-teknika artistika tiegħu tjiebet beda jiddedika ħafna iktar ħin għal dan it-talent. Jurgen stqarr magħna li kellu xewqa li saret realtà. “Kont xtaqt inpitter u nisfuma perfettament ix-xbiha tal-istatwa talpatrun tagħna San Ġwann il-Battista”, liema xewqa hu wettaqha fl-2013. Illum il-ġurnata Jurgen jgħin ukoll lillkumitat tax-Xewkija f’Melbourne fejn fost oħrajn pitter inkwadru ta’ San Ġwann. Dan tah donazzjoni sabiex jittella u b’hekk jinġabru l-flus għal bżonnijiet tal-festa li jirnexxilehom itellgħu ukoll f’Melbourne. Dawn li ġejjin huma xi xogħolijiet li għamel riċentament.