85
Nifirħu u
Nawguraw
Monsinjur
Onorarju
Rikonoxximent
Internazzjonali
Maġistrat
Ġdida
Kan. Edward Xuereb, kappillan tal-Għasri, li
ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu
Katidrali b’effett mill-25 ta’ Marzu 2015,
festa tat-tħabbira tal-Mulej. Mons. Isqof
Mario Grech irrikonoxxa l-kontribut siewi
tal-Kan. Edward Xuereb bħala Vigarju
Ġudizzjali u għalhekk b’sens ta’ gratitudni
u nkoraġġiment għoġbu jagħtih din ilħatra. Dan wara li sema’ wkoll l-parir
favorevoli tal-Kapitlu Katidrali. F’isem
il-qarrejja kollha tar-rivista Gourgion,
nifirħulu u nawgulawlu ad multos annos.
Dr Philip Dingli, kardjologu Xewki li rebaħ kompetizzjoni
prestiġjuża internazzjoni tal-kardjoloġija li nżammet fi Vjenna
għall-kardjoloġisti ta’ anqas minn 35 sena wara li ppreżenta każ rari
relatat mal-mard tal-qalb li ġie ttrattat b’suċċess fl-isptar Mater Dei.
Dr Dingli kklassifika l-ewwel minn fost mijiet ta’ kandidati millEwropa, l-Asja u l-Amerika għall-mod kif tratta każ rari li bħala
medja jfeġġ f’kull miljun pazjent b’mard relatat mal-qalb.
Av. Monica Vella fil-ħatra ta’ Maġistrat
L-Avukat Monica Vella twieldet fir-Rabat, Għawdex, fis-sena
1974. Hija ggradwat mill-Università ta’ Malta bħala Duttur talLigi f’Novembru tal-1997 u ħadet il-warrant biex tipprattika lprofessjoni ta’ Avukat f’Jannar tal-1998. L-Avukat Vella gradwat
wkoll b’titolu ta’ Magister Juris fil-Ligi Ewropeja u dik Komparattiva mill-istess Università f’Novembru tal-2005. Ilha tipprattika
l-professjoni ta’ Avukat fil-Qrati Maltin għal dawn l-aħħar 18 il-sena.
Sa mis-sena 2009, l-Avukat Vella serviet bħala Assistent Ġudizzjarju fil-Qrati Superjuri.
Hija serviet għal 11-il sena bħala Sindku fil-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Wara,fl-2012
hija nħatret Kummissarju tal-Ġustizzja f’diversi Tribunali Lokali.