Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 85

83 Sliem Għalik maħbub Ġiovanni Sliem għalik, maħbub Ġiovanni, int ta’ Kristu l-Prekursur. Ġejt biex inti t-triq tħejji, Tal-Mibgħut, tas-Salvatur. U għalhekk Erodja tiżber, li tneħħiek, toqtlok tixtieq. F’moħħha tħejji pjan mill-eħżen, u tistenna iż-żmien mixtieq. Dieqa kbira, ħakmet f’qalbu. Ma jżommx kelmtu ,ma setax. Joħroġ ġifa, quddiem sħabu, żgur li f’qalbu, hu ma xtaqx. Meta kont għadek f’ġuf ommok, Huwa ġie lilek iżur. U kif lilek ħasset ommok, b’tifħir kliemha, fommha jfur. F’jum għeluq snin, dan Erodi, toħroġ tiżfen Salome`. Wara dak iż-żfin, wisq ħajjen, jitlef għaqlu dlonk ir-re. Jaħlef, u jwegħedha ko llox, kull ma trid, kull ma tixtieq. U bil-ħniena, lilha jitlob, li żifn’ oħra, jrid, jixtieq. Ordna għalhekk, li jwettqu l-amar, u lir-rasek, huma jaqtgħu. B’hekk it-talba, ta’ dit-tfajla żgur ikunu, jistgħu jilqgħu. Tassew ismek kien tal-għaġeb, kif semgħuh ħasbuh kien żball. Kif inkiteb l-isem tiegħek, fomm missierek, dlonk inħall. Għext int ħajtek tiġri u tgħallem. Darek kienet id-deżert. “ Ħejju ruħkom għall-Messija “, mill-pjan t’Alla int kont ċert. Minnek Huwa ried jitgħammed, għalhekk ġie u resaq qrib. Ħoss mis-sema smajt jitlissen, li fih Alla għaxqa jsib. Lil Erodi int dlonk twissi, meta f’ħajtu jwettaq żball. B’adulterju lilu tixli, għax iż-żwieġ qatt ma jinħall. Nofs saltnatu, kien lest jagħti, basta lilu, gost tagħtih. Basta terġa’, għal darb’ oħra, b’dak iż-żfin, lilu tpaxxih. Fis hi tmur, quddiem dik ommha, li malajr, ras Ġwanni titlob. “Ras dak Ġwanni l-Għammiedi, bħala ħlas int għandek titlob”. Kienet kiefra, il-kundanna. L-art iċċapset, kollha dmija. Hekk kif ħasdu, lil dik rasek, minn ġo ġismek, ħarġet dija. U dlonk l-anġlu, jinżel f’leħħa, biex lir-ruħek, huwa jtella’. Għax bil-mewt, wisq kiefra tiegħek, ġejt imsaffi minn kull tebgħa. “Lil ras Ġwanni, jien qed nitlob. Rasu rridha, fis fuq platt!” Żgur li bħal, dik ir-risposta, hu ma kien, jistenna qatt. 170 sena fostna Għaddew mija w sebgħin sena, Minn dak inhar li rfist ġo raħalna. U għalkemm għadda daż-żmien kollu, Għadek b’dik ħarstek warajk issaħħarna. Surtek mirquma, b’idek mgħollija, Qed turi lid-dinja, b’subgħajk il-werrej, Biex jindmu u jħejju t-triq għall-Messija, Hemm bżonn tiċkien int biex jikber dak li ġej. Bi ħsiebi mmur lura, w nipprova nimmaġina, Dak kollu li għexu x-Xewkin f’ dak il-jum. Li rawk l-ewwel darba ġewwa t-toroq tagħna. Kburin illi int ta’ raħalna patrun. Illum imiss lilna, biex niġu nifirħu U inżommu ħajja l-imħabba għalik, Ġewwa qalb kull xewki, li tħabbat bil-qawwi, Kull meta din tisma lil min isemmik. Charmaine Hili 02/05/2015 Mario Attard