Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 84

82 22.06.1845 Infetaħ quddiemi, il-ktieb tal-istorja, u qrajt jien b’tant ħerqa, x’kien seħħ f’dak iż-żmien. U ħsiebi ntrefa’, ħassejtni qed nilmaħ, mal-ġemgħa miġbura, kien hemm anke jien. U magħhom ħassejtni, qalb folla miġbura, li nġabret biex tilmaħ, ta’ surtek dehriet. U ltaqgħet fil-misraħ, il-ġemgħa kotrana, biex tilqgħek f’raħalha, imxennqa ’l hemm ġiet. F’dik l-għodwa ta’ mija, u sebgħin sen’ ilu, bilkemm kont jien għadni, naf nagħmel passejn. Ilmaħtni hemm fosthom, kont naqra ta’ tfajjel, miżmum f’ħoġor ommi, merfugħ fuq l-idejn. U rajtek titwassal, fuq naqra ta’ ħmara, li kienet qed tiġbed, bil-mod karettun. Bilkemm setgħet tobsor, li kienet qed terfa’, Teżor tax-Xewkija, tagħhom il-patrun. U smajt f’daqqa waħda, għajat illi jtarrax, xħin dehret figurtek, qed tersaq bil-mod. U żdied iċ-ċapċip, hekk kif qorbot fis lejna, u waqfet quddiemna, bilkemm xiber bogħod. Lil qalbi int sraqt, issaħħart wara ġmielek, xħin kixfu xbiehetek, quddiem dawn l-għajnejn. U f’qalbi staqsejt, jiena elf mistoqsija, Staqsejt jien lil ommi, l’ għaliex? Kif? Għalfejn? U ħarset fis lejja, u lissnet minn fommha, għalfejn dak il-jum, kien tassew bil-wisq kbir, U qaltli li kienet, mill-bogħod ġejja x-xewqa, li statwa mill-isbaħ, ta’ Ġwanni ssir. U qaltli li wieħed, b’kunjom Azzopardi, bl-isem, Pietru Pawl, skultur Belti wisq prim, intagħzel mill-kleru, u n-nies tax-Xewkija, kellmuh bil-ħsieb tagħhom, u laħqu ftehim. U fis xammar idu, u b’għaġeb mar sawwar, minn siġra ta’ tuta, zokk iebes maqtugħ, dil-vara wisq sbejħa, b’ tant reqqa u ħila, li mliet b’ ferħ lil qalbna, l-għajnejna bid-dmugħ U qaltli l-istorja, li sawret lil ħajtek, u lili spjegat, għaliex int qaddis kbir. U lilek ħabbejt, kif quddiemi lmaħtek, u xtaqt li bħall-ġemgħa, jien ibnek insir. U kburi ħassejtni, li kont hemm mal-ġemgħa, li magħhom jien kont, meta għext f’ dak iż-żmien. Għalhekk f’dan il-jum, qed b’dal-vrus inwasslilkom, il-ġrajja li qrajt, u għaddejt fil-ħsieb jien. Mario Attard Tislima F’dar-raħal ewlieni, fil-gżira Għawdxija, qed jitla’ bħal fwieħa, mal-kant ta’ tifħir, il-ferħ ta’ dil-ġemgħa, li ġiet issellimlek, u ssejjaħ lil ismek, fost briju wisq kbir! Għax m’ hemm l-ebda iben, imwieled minn mara, li lilu ġie mlissen, dal-kliem ta’ tifħir. Li tlissen b’tant ħeġġa, minn dak fomm missierek, li inti tal-Għoli, profeta se ssir. Għax sa minn twelidek, li l-anġlu ġie jħabbar, u l-għotja ta’ ismek, li ma stennieh ħadd, komplejt inti tikber, fil-għerf u l-qdusija, bil-grazzja f’għemilek, għaġġibt lil kulħadd. Int f’ħajtek kont xhieda, tal-aqwa qdusija, lil Kristu urejt, kont għalih prekursur. Dik ħajtek għaddejtha, imwarrab fix-xagħri, ixxandar l-indiema, kull fejn kont int tmur. U għax int liż-żwieġ, ridt bis-sħiħ illi tħares, fil-ħabs lilek jitfgħu, u jżommu maqful. U għax lil Erodi, int xlejt b’adulterju, ħallast prezz int b’demmek, u ġejt fis maqtul. Għalhekk dan ir-raħal, lil ismek ifaħħar, u lilek ifakkar, kull sena bil-kbir. Għax emmen li inti, dan kollu jistħoqqlok. Għax int għax-Xewkin, int qaddis tassew kbir! Kien ħafna snin ilu, li ssawret dil-qima, ma’ mħabba, li xxettlet, minn dak l-ibgħad żmien, li mliet lil dik qalbhom, u fawret ġo demmhom, f’ kull ħsieb jew għemil, dehret żgur kullimkien. Kien mija u magħhom, sebgħin sena ilu, li xewqa ttlaħħmet, kif tfasslet fl-imħuħ, biex minn zokk ta’ tuta, skolpita b’tant ħila, id-dehra ta’ surtek, dlonk ħadet ir-ruħ. U ġelbnu demgħat, hekk kif lemħu xbiehetek, u stagħġbu bil-ħila, ta’ id dak l-artist, li ħolqot b’tant reqqa, sbuħija tal-għaġeb, li sebħet dal-maqdes, u lilhom wennist. B’miġjietek hawn fosthom, fis kebset din f’qalbhom, bħall-fjamma li ssaħħan, u ddawwal f’musbieħ, il-ħolma u x-xewqa, li jkabbru din darek, u jagħmlu dal-maqdes, minn fost l-aktar sbieħ. U lejk tul das-snin, dan il-ġens irrikorra, u lilek mar fittex, f’ kull waqt ta’ tiġrib, għax emmen li inti, mis-sema qed tħarsu, u minnek kull faraġ, u wens ser isib. U għadu dal-poplu, iħobb lil dak ismek, u jxerrdu b’tant qima, mal-erbat irjieħ. Kull fejn huwa jmur, b’ħeġġa jsemmi lil ismek, għax fik, huwa biss, sab li qalbu tistrieħ. U fis għajnejh jilmgħu, kif jilmħek kull sena, għaddej minn ġot-toroq, mżejna u sbieħ. Għax tiegħek hu jħossu, bħal wild ta’ missieru. Għalik għandu f’qalbu, imħabba qatigħ. o maħbub, o qaddis, kbir Ġiovanni, mis-sema int bierek, lil tiegħek l-ulied, li jfakkru kull sena, b’tant ħeġġa ta’ jiemek, tal-art u tas-sema, il-jiem tal-milied. Mario Attard 29 t’Awwissu 2014