Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 83

81 San Ġwann Battista 170 sena fostna jjpzammit Fix-Xewkija, fir-Rotunda Qiegħed nilmaħ festa kbira – Ibqgħu ċerti li l-Istatwa Tal-Battista hi fil-mira! Din is-sena, din il-ġawhra T’Azzopardi, tal-injam, Mija w sebgħin sena tagħlaq Tax-Xewkin dan kien il-pjan Li l-Parroċċa tkun imżejna B’din il-vara titulari Li ħarġet minn zokk ta’ siġra – Fl-iskultura xogħol wisq rari. Wara dik ta’ San Gorġ martri Mastru Pawl siġra oħra qabad, Minnha ħareġ lill-Battista Għerfu w dehnu miegħu rabat Sakemm irnexxielu jnaqqax Dan il-kbir kapolavur Li x-Xewkin annuna jsellmu: Viva, Viva l-Prekursur! Bin ix-xwejħa Eliżabetta Iben il-kbir Żakkarija, Bla biża ‘l Erodi ċanfar Mgħaddas f’żina, bla mistħija! Ta’ dan Gwanni ħallas qares Għax rasu spiċċat fuq platt, Għax lil dan il-kbir Tetrarka Li ma kien jibża’ minn ħadd, Għalih ħareġ bl-ebda biża’ Biex jiftaħlu dlonk għajnejh; Ma jħallihx jogħdos fil-ħama ‘Mma xi darba jressqu lejh! Prim kuġin ta’ Gesu’ Kristu Lilu għammed fil-Ġordan, Għalkemm stqarr ma kienx jistħoqqlu Li jaqfillu l-qfieli ‘l dan! Tassew mela x-Xewkija Għandha kbir Qaddis Patrun Illi ħarstu tefa’ fuqha W għadu hekk jagħmel sallum! Ibqa’ iva ħarstek itfa’ Fuq uliedek ix-Xewkin U tinsiex lil dawk imbiegħda U mal-globu mxerrdin ! Erġa’ ejja witti t-toroq Ta’ dil-gżira hekk mifxula, Erġa’ llixxa l-ħotob kollha Tal-ibliet u tal-irħula, Biex mill-ġdid naqbdu l-mogħdija Li twassalna għand il-Ħallieq Li bla dubju huwa l-ħajja, Il-verita’ u anke t-triq! Kav Joe M Attard Victoria Għawdex 16-1V-2015