6
minn zokk ta’ siġra taż-żebbuġ. Fit-22
ta’ Ġunju 1845 inġabet f ’purċissjoni millknisja tal-Ħniena għall-Knisja Parrokkjali.
Bit-tħabrik ta’ Salvatore Mercieca nħadmu
l-pedestall u l-bradella minn Pawlu Bugeja
fl-1889. Il-vara ġiet miżbugħa mill-pittur
Ġ. Briffa fl-1943 u l-prokuratur ta’ dak iżżmien Dun Franġisk Debono ħallas l-ispiża
ta’ Lm 20. Fl-1949 iżżanżnu erba’ vażuni
tal-fidda mastizz f ’għamla ta’ kannestrini
għal madwar il-vara, xogħol tal-artist
fiċ-ċiżell ta’ Lawrenz Pace Ferand fuq iddisinn u t-tmexxija ta’ Lawrenz Zammit
Haber. L-ispejjeż ħallashom Wiġi Saliba
wara tħabrik ta’ Dun Karm Azzopardi.
Id-djadema tad-deheb fuq ras il-vara
tal-Qaddis ħadimha l-induratur Pirotta u
żżanżnet fil-21 ta’ Ġunju 1961. L-ispiża
telgħet għas-somma ta’ £180 u ġabarhom
Pawlu Grech.6
konklużjoni peress li l-kitba li tidher fuq is-speċi
ta’ żigarella mdendla mas-salib tgħid: ‘Ecce Agnus
Dei’ – Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla.
L-istatwa titulari
Nistgħu ngħidu bla periklu li niżbaljaw li l-istatwa
titulari ta’ San Ġwann Battista hija fost l-aktar
artistiċi mhux biss f ’ Għawdex imma fil-gżejjer
Maltin kollha. L-iskultur Pietru Pawl Azzopardi
huwa magħruf għall-ħlewwa artistika tal-istatwi li
skolpixxa, ħafna minnhom fl-injam.
F’Għawdex stess kien ħadem
ukoll l-istatwi tal-Imperatriċi
Santa Elena u San Makarju għallKnisja tal-Patrijiet Franġiskani
Konventwali tar-Rabat (Għawdex)
u ħadem ukoll il-Kurċifiss devot
għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Filġabra ta’ studji qosra dwar l-istatwi
titulari ta’ Malta u Għawdex, Joseph
Grech qal dan il-kliem dwar San
Ġwann tax-Xewkija:
I l - va r a t a’ S a n Ġ w a n n
Battista nħadmet milliskultur Pietru Pawl
Azzopardi (1791-1875)
Ispirazzjoni artistika
Naħseb li ma nkunux ġusti mal-istorja ta’ din
l-istatwa hekk artistika jekk ma nsemmux li Pietru
Pawl Azzopardi kien ispirat minn biċċa xogħol
artistika oħra fil-ħidma tiegħu fuq l-istatwa ta’
San Ġwann li ħadem għall-parroċċa tax-Xewkija.
Filfatt, Azzopardi kien ispirat mill-figura ta’
Ġesù fix-xbieha ta’ Ġesù u Marija li kien ħadem
l-istatwarju Malti Sigismondo Dimech. Sabiex ma
nnaqqas xejn mill-istoriċita’ tal-ġrajja u fl-istess
ħin ma ntellef xejn mill-oġġettivita’ tagħha nixtieq
li minflok nikteb jien, nikkwota dak li diġà nkiteb
dwar dan is-suġġett:
A curious anecdote states that when in
1845 the Maltese sculptor Pietro Paolo
Azzopardi was working on the statue of