Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 70

68 ukoll Malta. Nistgħu nsemmu l-irtiri fi żmien il-Milied u r-Randan, l-ħarġa f’Monte Kristo, ħarġa bowling kif ukoll ħarġiet ġewwa diversi ristoranti f’Għawdex. Premjazzjoni fi żmien il-Milied Fi-żmien il-festi tal-Milied saret attività fejn fiha l-abbatini kollha ngħataw tifkira ċkejkna bħala rikonoxximent tas-servizz li huma jagħtu regolarment fil-parroċċa matul is-sena. Wara din l-attività żorna diversi presepji u wara kellna ikla flimkien. Lettorat ta’ Carl Scerri u Micheal Grima Attendejna għall-għoti tal-ministeru tal-lettorat ta’ dawn iż-żewġ seminaristi fil-paroċċa tax-Xagħra. Din saret il-Ħadd 15 ta’ Frar 2015. “HOC EST CORPUS MEUM”:- Wirja fi żmien ilĠimgħa Mqaddsa uffiċjali. Huwa daħal għal din il-biċċa xogħol b’ħafna ħeġġa u b’dedikazzjoni. Ta’ dan ngħidu grazzi kbira lil Shawn. Grazzi ukoll tmur lill-għalliem tiegħu Martin Attard li għenu biex jinkiseb ir-riżultat finali. Il-logo ġie uffiċċjalment illonċjat fit-18 t’April. Minn servizz fix-Xewkija għal servizz fil-Vatikan Nifirħu lil wieħed minn sħabna Micheal Xerri għassuċċess li kiseb fl-eżami kompetittiv li jsir ta’kull sena fid-djoċesi ta’ Għawdex fost l-abbatini. B’hekk huwa kiseb id-dritt li flimkien ma’ xi abbatini oħrajn jagħti servizz għal xi jiem ġewwa l-Vatikan. Ringrazzjamenti Nirringrazzjaw lill- ġenituri li b’tant sagrifiċċju jassistuna fil-qadi tad-dmirijiet tagħna bħala abbatini. Grazzi ukoll tmur lejn dawk kollha li jagħtuna minn ħinhom biex jgħinuna fil-formazzjoni tagħna. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas ngħidu grazzi lil dawk kollha li jgħinuna fl-attivitajiet ta’ fund raising li nagħmlu matul is-sena. Il-parteċipazzjoni u l-inkoraġġiment tagħkom tkompli tħeġġiġna biex inkunu dejjem aktar ta’servizz lejn il-qadi tal-altar fil-parroċċa tagħna. Il-paġna Abbatini Xewkija fuq facebook Għal min jixtieq isegwi l-attivatijiet li jsiru f’dan ilgrupp jista’ jidħol fuq il-paġna tagħna ta’ facebook bl-isem Abbatini Xewkija u jagħfas like. Nota tal-aħħar Dawk il-ġenituri li jixtiequ li wliedhom jibdew iservu bħala abbatini huma mitluba li jkellmu lill-arċipriet. Tkun ħaġa sabiħa kieku l-ġenituri jħeġġu iktar lil uliedhom biex jibdew iservu bħala abbatini. Huwa impenn ferm sabiħ li tkun qrib tant ta’ Ġesù waqt issagrifiċċju tal-quddiesa. Din is-sena l-abbatini tax-Xewkija ħadu l-inizjattiva li jtellgħu wirja tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll Mejda tal-Appostli. Dawn l-esebizjonijet bl-isem “HOC EST CORPUS MEUM” ittellgħu fil-Mużew tal-Iskultura kif ukoll taħt iz-zuntier tal-Knisja rispettivament. Kien hemm konkorrenza sabiħa ta’ nies li żaru din il-wirja li nkorraġġewna biex inkomplu noħolqu inizzjattivi ġodda. Logo ġdid għall-Għaqda tagħna Wara li ħarġet l-idea li l-għaqda tagħna jkollha logo tagħha, ġie avviċinat iż-żagħżugħ Xewki Shawn Cauchi, eks abbati tal-paroċċa tagħna biex jiddesinjalna l-logo