Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 69

67 Leħen l-Għaqdiet Reliġjużi abbatini Matthew Attard Prefett Mill-aħħar ħarġa tar-rivista Gourgion l-għaqda Abbatini Xewkija kellha diversi attivitajiet li fihom tajna kontribut biex is-servizzi relatati mal-parroċċa jkunu aktar interessanti u ta’ ġid lejn il-komunità parrokkjali tagħna. Sajf Abbati Ġdid Nhar it-8 ta’ Ġunju 2014, l-għaqda tagħna ferħet biżżieda tal-abbati ġdid Clint Bajada. Dan seta’ jsir wara li Clint għamel diversi xhur jattendi għal-laqgħat ta’ formazzjoni biex jagħraf x’inhuma d-doveri tiegħu f’dan l-irwol ġdid. Wara l-quddiesa tal-vestizzjoni sar festin ċkejken fejn fih iċċelebrajna flimkien din l-okkażjoni sabiħa. B’hekk issa n-numru tal-abbatini jammonta għal 19 –il membru. Jiem tal-Festa L-abbatini kienu impenjati fil-konċelebrazzjonijiet li jsiru bit-tħejjija għall-festa, Il-qofo l tal-attivitajiet kienu f’jum il-festa meta filgħodu konna impenjati fiddiversi quddisiet u fiċ-ċelebrazzjoni pontifikali filwaqt li filgħaxija ħadna sehem fl-għasar u fil-purċissjoni li saret madwar it-toroq tar-raħal. Matul il-ġranet tas-sajf ġew organizzati diversi ħarġiet lejn il-baħar fejn taħt il-gwida ta’ Dun Ġużepp Camilleri u Dun Franklin Vella, l-abbatini setgħu jiddevertu flimkien b’mod san u sabiħ. Lejn tmiem is-sajf organizzajna ħarġa f’Marsalforn fejn wara li għaddejna xi ħin niddevertu fuq il-bumping cars morna nieklu f’wieħed mir-restoranti tal-lokal. Matul dan is-sajf ġiet organizzata live-in ġewwa Mount St Joseph f’Malta. Għal din l- attività, li kienet organizzata għal dawk l-abbatini minn ħdax –il sena ’l fuq, kien hemm konkorrenza sabiħa. Din saret taħt il-gwida ta’ Dun Trevor Sultana fejn matul dawn it-tlett ijiem żorna diversi postijiet ta’ interess u divertiment ġewwa Malta. Seminarista ġdid magħna Wara assenza ta’ sentejn intbagħtilna seminarista filparroċċa biex jgħin fil-formazzjoni tal-abbatini tagħna. Carl Scerri beda l-ministeru tiegħu fil-parroċċa matul ix-xahar t’ Ottubru. Huwa qiegħed jorganizza laqgħat kull nhar ta’ Sibt għall-abbatini l-kbar (Form 1 ’l fuq) u għall-abbatini ż-żgħar (primarja). Fihom, jingħata tagħrif dwar diversi suġġetti relatati mal-ħajja nisranija li jkunu ta’ siwi għalina t-tfal u ż-żgħażagħ li għandna r-responsabiltà fis-servizz tal-qadi tal-artal. Taħt issuperviżjoni tiegħu qed jiġu organizzati attivitajiet ta’ formazzjoni kif ukoll rikreattivi kemm f’Għawdex kif