Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 71

69 Leħen l-Għaqdiet Reliġjużi Leġjun ta’ Marija Diane Formosa membri tal-Praesidium “Madonna tal-Fiduċja” Qatt smajt bil-Leġjun ta’ Marija? Aqra dan l-artiklu u malajr issir taf. Amanda: Xi tgħidli fuq il-Leġjun? Melanie: Il-Leġjun beda l-Irlanda fl1921 minn lajk jismu Frank Duff. Malta beda fl-1940 u fix-Xewkija beda fis-27 ta’ Diċembru 1950. Amanda: Xi jsir fil-Leġjun? Melanie: Il-laqgħat tal-Leġjun isiru darba fil-ġimgħa u jikkonsistu fit-talba tar-Rużarju, ittalb tal-Leġjun (li jinqasam fi tliet partijiet matul il-laqgħa), isir qari spiritwali, diskors żgħir minn saċerdot u jingħata xi appostolat għal matul il-ġimgħa. Amanda: Nistħajjel ma tantx għandkom membri għax dażżmien kulħadd irid ifarfar u ħadd ma jrid irbit? Melanie: Bi pjaċir ngħidlek li għandna numru sabiħ ta’ membri kemm irġiel u kemm nisa, imma t-tajjeb ma tantx jagħmel ħoss. Veru li jistgħu jattendu aktar membri u nagħmel stedina kemm lil dawk l-irġiel u kemm lil dawk in-nisa li mhux iħobbu lil Madonna biss għax dejjem li jitolbuha tagħtihom, im ma juruha li jħobbuha billi jagħtuha xi ħaġa – eżempju din il-laqgħa fil-ġimgħa. Kuraġġ, x’hemm ħażin billi tipprova mbagħad tara kif tmur. Amanda: Ħa nazzarda nistaqsik, int semmejt li tagħmlu xi appostolat, dan fiex jikkonsisti? Melanie: Aħna l-leġjunarji naħdmu tnejn, tnejn. Hekk kien jibgħathom Ġesù lill-appostli. L-appostolat tagħna dejjem jimmira biex ngħinu (mhux finanzjarjament) lil ħutna fil-parroċċa. Dan huwa wkoll servizz spiritwali fil-parroċċa tax-Xewkija billi: • inżuru lill-morda u lill-anzjani li għandhom diffikulta biex joħorġu; • nistiednu lin-nies għall-attivitajiet li jsiru millparroċċa; • nitkellmu mal-familji fuq it-talb u suġġetti spiritwali; • min ikollu bżonn xi għajnuna li għalina tkun diffiċli, aħna ngħadduha lil xi ħadd kompetenti; • immexxu laqgħat li jsiru fil-parroċċa meta jitlobna l-Arċipriet; • immexxu wkoll gruppi tal-leġjun ta’ taħt it-tmintaxil sena u affarijiet oħra li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Amanda: Mela għandkom leġjunarji ta’ taħt it-tmintax-il sena wkoll? Melanie: Il-membri fil-Leġjun jinqasmu f’dawk ta’ iktar minn tmintax-il sena u f’dawk ta’ taħt it-tmintax-il sena (tfal: subien u bniet u kif ukoll żgħażagħ f’kategoriji diversi). Amanda: Bħal dawn il-gruppi, insibu minnhom li jinsabu fixXewkija? Melanie: Iva, għandna gruppi bħal dawn u dawk li jieħdu ħsiebhom qed jagħmlu ħafna sagrifiċċji għalihom. Ilħasra hi li jistgħu japprofittaw ħafna tfal u żgħażagħ li qed isibu x’qed itellifhom u jibqgħu lura. Amanda: Isma’ lanqas tagħtihom tort daqskemm għandhom studju u privatijiet! Melanie: Veru u dawn importanti għall-futur tagħhom. Imma sewwa kieku l-ġenituri jifhmu li ma’ dan hemm bżonn ta’ formazzjoni fil-ġenerożità, f’li wieħed isib ħin ukoll għat-talb u għal xi opra tajba. Hekk dawn it-tfal jieħdu formazzjoni għall-karattru tagħhom u min igawdi b’dan? Igawdu t-tfal infushom u matul iżżmien igawdu l-ġenituri meta ’l quddiem jiġu bżonn l-għajnuna tagħhom. Amanda: Allura int taħseb li jekk jattendu fil-Leġjun ma jtellifhomx mill-istudju? Melanie: Assolutament le. Prova ta’ dan ngħidlek dan: FilLeġjun għandna membri li kienu fil-Leġjun żgħar, waslu s-Sixth Form u baqgħu, marru l-Università u baqgħu sal-lum ukoll. Dawn il-membri li għadhom l-Università jew li ħadu l-professjoni tagħhom, illum il-ġurnata għadhom jattendu u jmexxu l-gruppi tażżgħar. Il-Leġjun ma jtellifhomx, waslu fejn kellhom jaslu u ħadu formazzjoni mil-Leġjun. Din il-formazzjoni qed jgħadduha lill-oħrajn u kif ukoll tal-familja qed igawdu dan il-frott. Amanda: Skontok, x’taħseb, allura li għandhom jagħmlu l-ġenituri? Melanie: Ikomplu jinkoraġġixxu lil uliedhom u jgħinuhom fl-istudju tagħhom imma jifhmu li l-attendenza għal-laqgħat tal-Leġjun hija bżonn mhux lussu biex uliedhom jieħdu formazzjoni spiritwali li tgħinhom fl-iskola, waqt il-logħob u fiddar. Mela issa nagħmlu appell lil kull min qara din l-intervista biex jirrifletti almenu għal ftit u jara x’tgħidlu l-kuxjenza.