55
Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin
Jason Attard, PRO tal-Kumitat
Kumitat Żgħażagħ
Brijużi Xewkin
A.D. 1996
Il-festa tal-patrun tagħna San Ġwann Battista reġgħet magħna
u bħas-soltu il-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin ikun g ħaddej
b’ħidma kbira f’dawk li huma preparamenti għall-festa. Dan
peress li sehem il-kumitat fil-festa hu wieħed kbir f’dak li
għandu x’jaqsam mal-festa esterna.
Il-preparamenti mhumiex żgħar u allura ż-żgħażagħ fi
ħdan il-kumitat jibdew ixamru l-kmiem għall-ħidma li ma
taqta’ xejn tul is-sena kollha. Hekk kif wieħed ikun qed jara
il-programm tal-festa, jista’ jinnota li jkollna bosta marċi
brijużi tul il-ġimgħa tal-festa. Nibdew mit-Tnejn fejn ikollna
l-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Wara
eżatt ikollna l-marċ brijuż li jibda minn ħdejn il-każin għal
Triq il-Kbira fejn l-istatwa ta’ San Ġwann Battista tittella’
fuq il-pedestall fil-pjazzetta tal-Ġibjun. Il-Ħamis ikollna
l-marċ grandjuz tal-Ħniena li jkun mistenni minn kulħadd,
fejn għalih jattendu nies minn barra r-raħal u wkoll turisti.
Il-Ġimgħa nieħdu sehem ukoll fid-dimostrazzjoni billi
ż-żgħażagħ jerfgħu l-istatwa ta’ San Ġwann l-Għammiedi.
Nhar il-festa, il-Ħadd ikollna il-marċ ta’ filgħodu fejn jieħdu
sehem fih bosta żgħażagħ Xewkin li dan jibda u jispiċċa
ħdejn is-sede tas-Socjetà Filarmonika Prekursur, li aħna
bħala Kumitat Żgħażagħ Brijuzi Xewkin, nagħmlu parti
minnha.
Hekk kif semmejna l-marċi, minn din is-sena ser ikollna
tibdil drastiku fil-marc tal-ħdax ta’ filgħodu, fejn dan ser
jibda minn Triq Santa Katerina u jibqa sejjer għal Triq IlKnisja u jispiċċa fil-pjazza.
Biex torganizza il-briju fil-festa mhux faċli, però bilgħajnuna tal-patrun tagħna San Ġwann Battista, li dejjem
żammna maqgħudin u b’saħħitna, rnexxielna minn sena
għal oħra inkabbru l-festa tar-raħal tagħna. Biex dan ikun
possibli l-kumitat jorganizza bosta ikliet, BBQs u lotteriji.
Minn hawn nixtieq nirringrazzja speċjalment lil dawk iżżgħażagħ li dejjem attendew għall-attivitajiet li jiġu organizzati
u dan iservi ta’ enerġija għalina membri tal-kumitat biex
inkomplu naħdmu għall-festa.
Bħalma ra kulħadd fil-festa preċedenti, il-ħidma u l-enerġija
żagħżugħa issarfet f’biċċa xogħol artistika li l-kumitat kienu
ilu jaħdem fuqha matul dawn l-aħħar sitt snin. Qed nirreferi
għall-umbrellun, li kien biċċa xogħol tal-meravilja hekk kif
iddeskriviha kull min japprezza xogħolijiet bħal dawn. Dan
kien l-ewwel umbrellun tax-xorta tiegħu li qatt deher fi
gżiritna u dan juri kemm il-ħidma u l-oriġinalità li toħroġ minn
idejn u moħħ iż-żgħażagħ tagħna.
Din is-sena mhux ser tkun eċċezzjoni u l-kumitat qiegħed
għaddej b’ħidma għall-sorpriża ħelwa li tikkumplimenta
l-għeluq tal-170 sena mill-miġja tal-istatwa tal-patrun San
Ġwann Battista fostna. Ta’ min isemmi wkoll li dan mhuwiex
biss l-uniku anniversarju li għandna din is-sena. L-istatwa
ta’ San Ġwann iż-żgħir ser tagħlaq 70 sena fostna u l-istatwa
tal-Għammiedi ser tagħlaq 85 sena fostna.
Din is-sena n-numru tal-membri tal-kumitat kompla jiżdied
u dan juri kemm l-għan tal-kumitat qed jagħti l-frott tiegħu.
Bħalma wieħed jista’ jaħseb l-għan tagħna hu li norganizzaw
il-briju waqt il-festa. Però, dan mhux biss, għax biex torganizza
l-briju jrid ikollok l-għaqda u għalhekk aħna verament
nemmnu u naħdmu biex inżommu ż-żgħażagħ Xewkin
maqgħudin u attivi fis-soċjetà tagħna.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Kumitat Żgħażagħ Brijuzi
Xewkin, inħeġġiġkom iżżuru il-paġna tal-Facebook www.
facebook.com/kzx1996 fejn hemmhekk issibu bosta ritratti
u aħbarijiet riċenti dwar il-kumitat.
Filwaqt li f ’isem il-Kumitat Żgħażagħ Brijuzi Xewkin
nawguralkom festa mill-aqwa nagħlaq dan l-artiklu billi
nirringrazzja lill-voluntiera li dejjem sibna l-għajnuna
tagħhom f’waqtha u li magħhom dejjem ħdimna id f’id bilgħan prinċipali tkun li nsebbħu l-festa ad unur il-Patrun San
Ġwann Battista.