Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 58

56 Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin Donald Camilleri, Segretarju Mill-Għaqda Armar Xewkija Wara sena oħra ta’ ħidma kontinwa reġgħet magħna l-festa tal-patrun tagħna San Ġwann Battista. Hu f’dan iż-żmien li l-Għaqda tal-Armar tilħaq l-għan tagħha, dak li żżejjen u tarma t-toroq u l-pjazza tar-raħal tagħna b’armar mill-isbaħ. Proġetti ġodda: Kulma jmur l-ispazju fl-imħażen tagħna dejjem qed jonqos u allura l-ispazju ta’ fejn naħdmu sar limitat wisq. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li titnaddaf l-għalqa ta’ maġenb l-istess maħżen. Wara li ġiet imnaddfa, l-art inksiet bil-konkrit grazzi għal RA & Sons Ltd tal-inġenji tat-taħmil, lil Vella Brothers “TalMalla”, lil Josmar Farrugia kif ukoll lil bosta nies oħra tax-xogħol volontarju u materjal b’xejn li taw. Proġett ieħor li sar huwa l-karru għall-pavaljuni tad-dawl. Bil mod ta’ kif kienu qed jinġarru kienu suġġetti għal bosta ħsarat u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jsir karru li bih wieħed ikun jista jġorr dawn il-pavaljuni b’mod aktar faċli u mingħajr ma’ ssirilhom ħsara. Apparti li dan il-karru se jintuża għal ġarr tal-pavaljuni, se jkun jistà jintuża wkoll għall-ġarr tal-bandalori u antarjoli. Din is-sena wkoll fuq disinn ta’ Paul Falzon ser noħorġu waħda mis-sett tal-labardi fil-white metal għal Triq San Bert li ser jinħadmu minn Joseph Vella kif ukoll żewġ pitturi oħra għall-istess triq. Tkomplija ta’ proġetti: Wara li s-sena l-oħra bdilna il-pavaljuni tad-dawra tal-pjazza minn bozza tradizzjonali għal waħda LED, li għandha konsum aktar baxx u li jservu aktar, din is-sena ser inkomplu wkoll nibdlu aktar pavaljuni fi Triq Santa Katerina, Triq ilKbira, Fuq il-Ġibjun, Triq il-Mitħna u Triq il-Ħamrija biex b’hekk il-kumitat ikun irnexxielu jibdel pavaljun min kull sett għas-sistema il-ġdida. Barra minn hekk ser jiżdied pavaljun ieħor għal Triq l-Indipendenza li ġie mħallas kollu minn bosta benefatturi li joqogħdu fl-istess triq. Proġett ieħor li beda is-sena l-oħra u li qed jitkompla din is-s ena huwa dak tal-bandalori ta’ Triq il-Ħamrija biex b’hekk għal din is-sena ser ikunu lesti erba’ bandalori oħra minn kollox biex ikun għad fadal biss erbgħa oħra biex jitlesta dan is-sett ta’ bandalori. Proġett ieħor li kien mibdi xi snin ilu hu l-pedestal magħruf bħala tal-Ġibjun u li din s-sena l-kumitat ħa ħsieb li jkompli x-xogħol fuqu biex fis-snin li ġejjin ikun komplut minn kollox. L–istess xogħol qed isir fuq ilpedestal tal-Ħamrija li jinsab biswit l-iskola primarja. Fund Rasing: L-ispejjes huma ferm kbar u biex isir dan kollu u aktar bdew isiru żewġ ikliet oħra apparti il-fund rasing priċipali li jsir fil-festa tal-Martirju ta’ San Ġwann. Dawn iż-żewġ ikliet oħra huma maqsuma matul is-sena, waħda issir l-ewwel ġimgħa fuq l-Għid, u l-oħra imsejħa ta’ San Martin issir fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru. Apparti dawn l-ikliet isiru wkoll bosta Pasta Nights, Coffee Mornings u High Teas li huma biss possibbli grazzi għal bosta voluntiera li jorganizzaw dawn l-attivitajiet u għal bosta nies li ilhom jattendu bi ħġarhom għal dawn l-attivitajiet. Ta’ kull xahar ikollna wkoll lotterija tal-prima kif ukoll il-ġabra trimestrali li tistà tissieħeb fiha mal-lista ta’ benefatturi eżistenti. Il-kumitat flimkien mal-membri tiegħu jixtieq jawgura l-festa t-tajba lill-poplu kollu tax-Xewkija filwaqt li jitlob il-koperazzjoni ta’ kulħadd sabiex nibżgħu għall-armar minn meta jintrama sakemm jerġa’ jinġabar lura filmaħżen. Grazzi ta’ kull għajnuna! Viva San Ġwann Battista