54
rappreżentazzjoni, b’figuri life size, ħaditna fit-tempju
tal-Lhud biex nerġgħu ngħixu dan il-mument diffiċli
tal-Madonna. Minn hawn nieħu l-opportunità biex
nirringrazzja lil Charlie Vella tax-xogħol u l-impenn li
offra biex din l-attrazzjoni setgħet tkun possibli. Nirringrazza ukoll lil Joseph Vella, Carmel Grima u FrankPaul
Azzopardi li għoġobhom jesebixxu l-kollezjoni tagħhom
f’din il-wirja.
Jum il-Banda
Bħas-snin l-imgħoddija, fit-13 ta’ Mejju s-Soċjetà tfakkar it-twaqqif tagħha b’numru ta’ attivitajiet. Din issena, propju f’Jum il-Banda, saret quddiesa b’sufraġġju
tal-membri mejtin u bandisti tas-Soċjetà, b’mod partikolari għar-ruħ Carmel Attard. Wara saret serata
mill-aljievi tal-istess banda. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li attendew għal din l-attività
għaliex il-preżenza tagħkom tagħmel kuraġġ lil dawn
l-aljievi li fl-aħħar mill-aħħar huma l-banda ta’ għada.
Il-Ħadd 17 ta’ Mejju ltqajna flimkien fl-isptar ġenerali
t’Għawdex fejn kull wieħed u waħda minna tajna
għotja tad-demm. Din is-sena għandna mira speċjali.
Fl-anniversarju tal-170 sena mil-miġja tal-istatwa, nixtieq li nagħtu rigal sabiħ, billi noffru 170 borża demm
lill-isptar ġenerali. Għalhekk inħeġġiġkom biex flimkien
nilħqu din l-mira.
Għat-tieni sena konsekuttiva s-Soċjetà Filarmonika
Prekursur kellha l-unur li ttella’ il-kunċert Music Spectacular, din is-sena mill-Doncaster International Concert Band. Dan il-kunċert sar nhar l-24 ta’ Mejju 2015,
fit-triq ta’ quddiem il-każin. Mill-ġdid nirringrazzja lil
dawk kollha li attendew għal dan il-kunċert.
Nagħlaq billi nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja
lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor juru l-appoġġ
tagħhom lis-Soċjetà, lill-membri tal-kumitat tal-ħidma
kontinwa tagħhom, lis-surmast Anthony Borg tal-impenn kbir li joffri, lis-surmastrijiet tal-aljievi, lill-Kunsill
Lokali li dejjem insibu l-għajnuna tiegħu, lill-bandisti
kollha tas-sagrifiċċji u dedikazzjoni tagħhom. Fl-aħħar
u mhux l-inqas, lilkom talli tagħmlulna kuraġġ nibqgħu
għaddejjin bil-ħidma tagħna biex inħallu l-banda aħjar
milli sibniha.