Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Seite 55

53 Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin Charles Borg, Segretarju Ġenerali Soċjetà Filarmonika Prekursur Hajja u Hidma Is-sena 2015 hija sena importanti għar-raħal tax-Xewkija. Dan għaliex din is-sena qegħdin infakkru l-170 sena m il-miġja tal-istatwa tal-patrun tagħna. Minkejja li għaddew 170 sena, il-qima lejn dan l-patrun għadha waħda ħajja u b’saħħitha. Dan tixhdu l-festa tant sabiħa li kapaċi nagħmlu lil San Ġwann, festa li ssir b’ħafna impenn u sagrifiċċju minn bosta Xewkin, mhux biss fi ħdan is-Soċjetà tal-Banda, iżda fi ħdan dawk l-għaqdiet kollha li jagħmlu sena sħiħa jaħdmu biex il-qima lejn il-Battista tibqa’ dejjem tikber. Tajjeb ukoll li b’mod partikolari din s-sena, ma niftakrux biss fil-festa esterna imma niftakru wkoll fil-qofol tal-festa, propju fit-tagħlim li ħallielna San Ġwann Battista. B’dieqa kbira, is-sena 2015 bdiet bit-telfa tal-bandist Carmel Attard. Nażżarda ngħid li Nenu ma kienx biss bandist eżemplari iżda, patrijott Xewki eżemplari, għaliex kien jagħti sehemu lil bosta għaqdiet tarraħal. Bla dubju, il-Banda Prekursur ser tibqa’ tħoss in-nuqqas ta’ dan il-bandist tant eżemplari li ma kienx jitlef kunċert jew servizz wieħed. Jalla nibqgħu ngħożżu l-memorja ta’ Carmel Attard billi nkomplu naħdmu b’iktar determinazzjoni għas-Soċjetà li tant kien iħobb. Bħas-snin l-imgħoddija, is-soċjetà daħlet appuntament annwali fil-kalendarju tal-festi tagħha ta’ matul il-ġimgħa tal-festa. Qed nirreferi propju għall-wirja li ta’ kull sena qed tittella’ ġewwa l-każin tal-Banda. Din is-sena l-wirja iġġib l-isem Inċiżjonijiet. Kif jixhed dan lisem, din is-sena ser inkunu qegħdin nesebixxu numru ta’ inċiżjonijiet oriġinali dwar San Ġwann Battista. Flokkażjoni tal-170 sena mil-miġja tal-istatwa, l-artist Justin Falzon se jirregala inċiżjoni oriġinali mill-isbaħ lir-raħal tax-Xewkija. Is-Soċjetà ser ikollha ħamsin kopja ta’ din l-inċiżjoni, kollha oriġinali, li ser ikunu għal bejgħ biex jibqgħu tifkira għal dan l-anniversarju tant importanti. Is-sena 2015 timmarka sena oħra mportanti fi ħdan is-Soċjetà. Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika Prekursur daħlet fi ftehim mas-Segretarjat għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, fejn matul dawn isseba’ snin li ġejjin, il-każin tal-banda ser jiftaħ il-bibien tiegħu sabiex matul il-ġurnata, l-anzjani tagħna jibdew iqattgħu l-ħin liberu tagħhom b’numru ta’ attivitajjiet organizzati mill-istess Segretarjat. B’dan il-proġett ser inkunu nimirħu lil hinn mill-iskop ewlieni tas-Soċjetà, billi inkunu qegħdin noffru r-riżorsi tagħna għal iktar ġid fi ħdan il-komunità, b’mod partikolari mal-anzjani. Dan il-ftehim wassalna ukoll biex il-każin jimmodernizza iktar il-faċilitajjiet tiegħu u ser jiġi installat ukoll lift bl-aħħar teknoloġija. B’dan l-investiment il-komunità tagħna, b’mod partikolari l-anzjani, ser ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi li tista’ toffri s-Soċjetà. Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha, li b’mod volontarju qegħdin jaħdmu biex dan il-proġett ambizzjuż ikun wieħed ta’ suċċess. Mater Dolorosa Għat-tieni sena konsekuttiva, għall-Ġimgħa Mqaddsa, is-Soċjetà Filarmonika Prekursur tellgħet il-Wirja Mater Dolorosa fil-każin tagħha. Din is-sena minbarra vari reliġjużi, rajna attrazzjoni speċjali, l-ewwel dulur ta’ Sidna Marija, propju l-profezija ta’ Xmun. Din ir-