52
Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin
Fit-Teatru Ġovanni
Il-Ferħ
Din is-Sena:
• Sar refurbishment tas-sala bil-ħidma kbira ta’ Charles Borg, Charles Buttigieg,
Sammy Buttigieg, Toni Debono u oħrajn
• Il-Christmas Party kien suċċess
• Saret varjeta kbira tal-karnival
• Inżamm Jum l-Omm b’ħafna premjijiet:
• Grazzi lid-ditti u Restoranti li tawna bosta spot prizes
• Grazzi lill-Kunsill Lokali li sponsorja l-P.A. System.
In-Niket
L-Għaqda Drammatika tilfet attur kbir u regolari Carmel
Attard. Grazzi tas-servizz kbir u twil tiegħu. L-eżempju
tiegħu għandu jispira lill-atturi kollha Xewkin biex jagħtu
sehemhom biex inkabbru l-kultura f’raħalna
Żewġ Kummiedji
• Fl-10 ta’ Jannar saret Kummiedja mill-Għaqda
Drammatika Qala ta’ Josephine Azzopardi “IlMarkiż iġibha Żewġ”
• Fis-16 ta’Mejju L-Għaqda Drammatika
Xewkija ppreżentat b’ suċċess il-Kummiedja
“Il-praspar ta’ Bendu fl-Għassa ta’ Ħal Mielaħ”
ta’ Josephine Azzopardi bil-kollaborazzjoni
tal-Kunsill Lokali.
L-Għaqda Drammatika Xewkija ser tiftaħ
l-istaġun teatrali bi Dramm Spettakolari
u Storiku “ Ix-Xhud li ma Deherx “ miktub
mill-Avukat George Zammit (l-awtur ta’
Wenzu u Rożi). Grazzi lis-Sur Pawlu Mizzi u
l-familja Mizzi tal-Klabb Kotba Maltin li tawna
l-permessi meħtieġa. Dettalji jingħataw aktar
’l quddiem.