51
San Ġwann Battista bi prominenza fuq ilmużajċi l-ġodda tal-faċċata tas-Santwarju
Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex
Minn Francesco Pio Atard
Wieħed mit-tliet mużajċi ġodda li għadhom kemm
twaħħlu fuq il-faċċata tas-Santwarju Nazzjonali talMadonna Ta’ Pinu f’Għawdex juri bi prominenza lil San
Ġwann Battista.
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju 2015 beda jirrealizza ruħu
l-proġett ta’ arti sagra maħduma fil-mużajk għallfaċċata u z-zuntier tas-Santwarju, fejn ’il quddiem
huma mistennija jitwaqqfu wkoll rappreżentazzjonijiet
artistiċi ta’ l-għoxrin Misteru tar-Rużarju.
Il-mużajċi qed jinħadmu mill-artista famuż Slovenn
Patri Marko Ivan Rupnik sj, flimkien mal-ħaddiema taċCentro Aletti ta’ Ruma. L-ewwel tliet mużajċi li twaħħlu
huma dawk fuq il-bibien tal-faċċata tas-Santwarju:
il-Madonna bil-Bambin fuq il-bieb prinċipali, San
Ġwann Battista fuq il-bieb tal-Punent, u l-Appostlu
Missierna San Pawl fuq dak tal-Lvant. Ix-xogħlijiet
jikkumplimentaw b’mod sabiħ ħafna l-istil neoRomanesk tal-Bażilika.
Rupnik innifsu, artist u teologu li ismu żgur m’għandu
bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni fl-isfera ta’ l-arti sagra
kontemporanja, kien preżenti Għawdex għat-tqegħid
ta’ dan il-mużajk. Ta’ min ifakkar li b’dan il-proġett
is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu qed
jingħaqad ma’ santwarji oħra kbar fid-dinja, bħal
Lourdes, Fatima u San Giovanni Rotondo, fil-ħannieqa
ta’ xogħlijiet rinomati ta’ Rupnik u ċ-Centro Aletti, li
jinsabu mxerrdin f’aktar minn tlettax-il pajjiż u fuq
mija u tletin knisja. Dan tas-Santwarju Ta’ Pinu huwa
l-ewwel xogħol ta’ Rupnik fil-gżejjer tagħna.
F’ħarsa aktar mill-qrib lejn ix-xogħlijiet il-ġodda f’Ta’
Pinu sirna nafu li l-mużajk li jirraffigura lill-Prekursur
tal-Mulej inħadem personalment – dejjem taħt issuperviżjoni ta’ l-imgħallem Rupnik – minn idejn Dun
Roberto Gauci, saċerdot Għawdxi minn Ta’ Kerċem
li bħalissa qed jitħarreġ fix-xogħol ta’ l-arti sagra filmużajk fl-Atelier Centro Aletti ta’ Ruma.
F’kummenti li ħallielna dwar it-tifsira teoloġika ta’ dan
il-proġett, imma b’mod partikulari dwar l-għażla ta’ San
Ġwann fit-‘trittiku’ – biex insejħulu hekk – tal-mużajk li
issa jżejjen il-faċċata tas-Santwarju Marjan ewlieni talgżejjer tagħna, hu qalilna li “fuq iż-żewġ bibien tal-ġnub
jidhru San Ġwann il-Battista u San Pawl, l-Appostlu ta’
Malta, it-tnejn f’pożizzjoni ta’ diesis, jiġifieri f’att ta’
adorazzjoni lill-Iben ta’ Alla.
San Ġwann huwa l-aħħar profeta, dak li jindika
l-preżenza ta’ Kristu bħala l-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi
d-dnubiet tad-dinja, u b’idejh qed juri lil Kristu bħala
l-mibgħut ta’ Alla. B’dan il-ġest tiegħu huwa qed
jistieden lil kull pellegrin sabiex jidħol fis-Santwarju
ħa jirċievi l-maħfra ta’ dnubietu, għaliex fi Kristu biss
il-bniedem isib il-maħfra u s-serħan tal-qalb”.
Kemm San Ġwann u kemm San Pawl f’dawn il-mużajċi
jidhru f’pożizzjoni ta’ inkin, mhux biss għax qed iqimu
lil Kristu, iżda wkoll għax iridu jfakkruna li biex ilbniedem iduq is-sbuħija u l-kobor ta’ Alla jeħtieġ jersaq
lejh f’atteġġjament ta’ umiltà, għax kif jistqarr Ġwanni,
“ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix
nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu.
Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom
bl-Ispirtu s-Santu” (Mk 1:7-8).