Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 47

45 Il-Kult Antik lejn il-Kbir u l-Ġust Appostlu San Bartilmew Minn Fr. Charles Buttigieg L-Appostlu San Bert San Bartilmew (bil-grieg: ‘Bartholomaios’, bl-aramajk: ‘bar Ptolemaios’ jew ‘bar-Talemai’ jiġifieri ‘iben Tolemew’ li jfisser litteralment ‘iben ir-radda (aramajk: telem) talgħalqa jew iben ħaddiem il-għalqa jew ‘iben il-moħriet’), hu msejjaħ Natanjel li tfisser ‘don ta’ Alla’ fl-evanġelju ta’ San Ġwann. Tajjeb li ngħidu li l-moħriet huwa simbolu tal-ħidma ta’ Alla fl-għalqa tal-Knisja. Id-dinja hija ‘teofanija’, hija l-għalqa ta’ Alla. Il-vanġeli l-oħra dejjem isemmuh bħala Bartilmew. B’rabta ma’ dan l-isem hemm l-isem assirjan ‘Nabu talime’ li jindika li wieħed huwa ‘tewmi’. Il-biblista S. Köhn jgħid li Bartilmew kien Samaritan. Kien il-kittieb Elija isqof ta’ Damasku li semma għallewwel darba r-rabta bejn dawn iż-żewġ ismijiet talappostlu fil-bibbja. Insibu wkoll lil Abdisho bar Berika metropolita ta’ Soba li saħaq fuq din l-identifikazzjoni fl14-il seklu. L-appostlu San Bartilmew minn Kana talGalilija, raħal iktar magħruf minn Nażaret fl-Antik Testment (ara Ġoswè 19:28) u ġie mfaħħar minn Ġesù meta rah l-ewwel darba: “Ara, dan tassew wieħed minn Israel li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih” (Ġw 1:47). X’eloġju u tifħir minn fomm il-Mulej għal Bartilmew! Mhux li kien li kull wieħed u waħda minna, nistgħu xi darba nisimgħu dal-kliem meqjus mill-fomm Divin ukoll fuqna. Ġesù jħares lejh u jagħtih l-isem li jixraqlu: “Iżraelita veru li m’hemmx qerq fih.” U lilu jagħmillu wegħda oħra: “Għad tara ħwejjeġ ikbar minn dawn.” Huwa ltaqa’ ma’ Ġesù permezz tal-appostlu Filippu: “Filippu ra lil Natanjel u qallu: Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-liġi u l-profeti fil-kotba tagħhom. Ġesù minn Nazaret bin Ġużeppi” (Ġw 1:45). Huwa jistqarr lil Ġesù: “Mgħallem, int l-Iben ta’ Alla, int is-Sultan ta’ Israel” (Ġw 1:49). Din hija waħda mill-ewwel stqarrijiet ta’ fidi f’Ġesù proprju magħmula minn San Bartilmew, saħansitra qabel dik li għamel San Pietru f ’Ċesarea ta’ Filippi. Bartilmew għalhekk kien Israelita ġust u onest li josserva l-liġi ta’ Alla, li spiss kien jitlob u jaqra din ilLiġi ta’ Alla (Torah) taħt id-dell tas-siġar tat-tin li kienu komuni ġewwa Kana, sabiex jipproteġi ruħu mill-qilla u s-sħana tax-xemx: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu” (ara Ġw 1:48). Fuq kollox il-liġi ta’ Alla kienet imxebbha mas-siġra tat-tin fost il-Lhud, fejn it-Talmud ‘Eruvin’ iqabbel is-siġra tat-tin mal-Liġi: “Għaliex it-Torah nxebbhuha mas-siġra tat-tin, għax din is-siġra ma ssajjarx il-frott tagħha fi żmien wieħed. Kull meta xi ħadd jersaq lejn din is-siġra jsib dejjem xi frotta fiha. Hekk it-Torah: kull meta timmeditaha, issib xi ħaġa ħelwa fiha.” Huwa pprietka f ’Ġerusalemm, fl-Asja Minuri ġewwa Ikonju, fl-Etjopja, fl-Armenja, filPersja u anke skont xi wħud fl-Indja (jingħad li Ofir talBibbja hija l-Indja) eżattament ġewwa Kalyana qrib Bombay tal-lum (ara x-xhieda taliskular fl-Indja Pantanaeus fis-sena 180 W.K., l-Atti ta’ Abdija ta’ Babilonja u Ewsebju ta’ Ċesarea). Il-kristjani ta’ Kalyana jsostnu li l-appostlu ħa l-martirju fl-Indja. Huwa kien ikkonverta lir-re talA r m e n j a P o ly m i u s . Ħ a l-martirju fl-24 ta’ Awwissu f ’Derbend (Alabanopolis, Albac, illum Baskale) flArmenja (dak in-har) taħt il-liġi Persjana tar-re Astyages billi tqaxxar ħaj fis-sena 62 W.K. (ara il-kitba ta’ Teodoru Anagnostes tar-raba’ seklu). Il-festa liturġika tiegħu hija fl-24 ta’ Awwissu. Huwa Patrun tal-Knisja Appostolika Armena li ġuridikament hija marbuta ma’ Ġerusalemm, Kostantinopli u ċ-Ċiliċja. Fil-fatt huwa isem komuni ħafna fl-Armenja bħala ‘Partogħimeos’. Il-Knisja ortodossa tiċċelebra l-festa tiegħu fil-11 ta’ Ġunju. Il-Kopti jiċċelebraw il-festa tiegħu fid-29 ta’ Awwissu. Il-Mistoqsijiet ta’ Bartilmew Dan huwa xogħol apokrifu marbut mal-appostlu bħalma hemm ma’ wħud mill-appostli l-oħra. Jinsabu manuskritti antiki latini u griegi, kopt u slavoniku ta’