Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 48

46 dawn il-Mistoqsijiet. Din il-kitba tirreferi għall-episodji li kellu l-appostlu ma’ Kristu Rxoxt fejn huwa jagħmel diversi mistoqsijiet interessanti lil Ġesù speċjalment dwar is-salib, il-Madonna, il-limbu, l-anġli t-tajbin u l-ħżiena u l-ġenna. Marbut ukoll ma’ din il-kitba nsibu l-Qawmien ta’ Ġesù Kristu minn Bartilmew u l-vanġelu apokrifu tiegħu li seta’ kellu affinità mal-vanġelu ebrajk mitluf ta’ San Mattew. Il-kontenut tiegħu jixbah ukoll lill-ktieb ta’ Enok. San Ġirolmu, fil-kummentarju tiegħu dwar il-bidu tal-evanġelju ta’ San Mattew, isemmi dan il-vanġelu ta’ Bartilmew. Kult Antik lejn San Bert Il-fdalijiet ta’ San Bert jinsabu fil-Bażilika ta’ San Bartilmew f ’Ruma fuq il-gżira tat-Tevere (San Bartolomeo all’isola Tiberina) fejn inġiebu hemm millgżira ta’ Lipari ħdejn Sqallija (hemm il-Katidral ta’ San Bartilmew f ’Lipari) u mill-belt tal-Benevento fil-Puglia mill-imperatur Otto III fis-sena 983, filwaqt li r-ras tiegħu mbierka hija meqjuma fi Frankfurt il-Ġermanja fil-Kaiserdom Sankt Bartholomaus li nbena fl-14-il seklu. Qabel is-sena 809, ir-relikwi kienu fl-Armenja. Il-Knisja ta’ ‘San Bartolomeo all’isola’ ġiet ipproklamata fis-sena 2002 bħala ‘memorjal’ tal-martri tas-seklu għoxrin. Id-driegħ tiegħu jinsab fil-Katidral ta’ Canterbury, li beda jinbena mill-ġdid fis-sena 1070, li kien ingħata mir-reġina Emma fil-ħdax-il seklu. Filfatt kien hemm 165 knisja ddedikata lil San Bert ġewwa l-Ingilterra. Tajjeb li ngħidu li fl-Armenja insibu l-eqdem katidral fid-dinja msejjaħ ta’ Etchmiadzin f ’Armavi tas-sena 301 iddedikat lil San Bert. Għalhekk l-eqdem katidral fildinja (ngħidulu: Il-Katidral Omm) huwa ddedikat lil San Bartilmew. Dan jagħmel sens meta l-Armenja li tagħha huwa Patrun San Bartilmew kienet l-ewwel pajjiż u stat li aċċetta l-kristjaneżmu taħt ir-re Drtad (Tiridats) III fissena 301, jiġifieri 12-il sena qabel l-Editt (Reskritt) ta’ Milan ta’ Kostantinu li fih kien ta l-libertà tat-twemmin lill-insara kollha. L-Armenja hija l-art biblika ta’ Ararat fejn jingħad li nstabet l-arka ta’ Noe (ara 2 Re 19:37) u hija d-dar ta’ Togarmah (ara Eżekjel 27:14). Skont Taċitu (ara Annales 3, 48) Quirinus kien ma’ Gaius Ċesari fl-Armenja għas-sena 2 A.D. fejn imbagħad Gaius safa ferut f ’Settembru tas-sena 3 A.D. Fuq il-muntanja Ararat ħadu l-martirju 10,000 martri msallb in fl-20 ta’ Ġunju taħt l-imperatur Adrianu. Hemm ukoll il-Monasteru ta’ San Bartilmew tat-13-il seklu f ’Baskale f ’Albarak (qabel Derbent u kienet fl-Armenja) fil-lbiċ tat-Turkija tal-lum qrib ħafna tal-Armenja u għandu rabta kbira mal-post awtentiku tal-martirju tal-appostlu. Wara l-ġenoċidju tal-Armeni imlaqqam ‘Metz Yeghern’ jiġifieri ‘il-Ħażen il-Kbir’ (fejn kienu nqatlu miljun u nofs nisrani, insara armeni, griegi, sirjani u kaldej) dan il-monasteru ma baqax jiffunzjona u waqa’ f ’idejn il-militar Tork fl-1915, illum sfortunatament jinsab imġarraf. Skont l-Agenzia Fides minn Yerevan, aktarx li dawn l-insara Armeni għad jiġu bbeatifikati. Illum ukoll ħafna insara Armeni qed jiġu ppresegwitati speċjalment fis-Sirja mill-grupp militanti iżlamiku (ISIS). L-imħabba u d-devozzjoni lejn dan il-kbir u l-ġust appostlu, insibuha fuq kollox hawn f’Malta sa minn ħafna sekli ilu fir-raħal tal-Ħal Għargħur kif tixhed tassew l-istatwa titulari li nsibu ta’ San Bartilmew minquxa flinjam ġewwa l-Belt Eterna ta’ Ruma li tagħmilha waħda mill-isbaħ u l-itqal statwa li għandna fil-gżejjer tagħna. B’hekk tajna ħarsa biblika u lejn il-kult antik lejn San Bert. Il-kbir qaddis Appostlu Martri li tqaxxar ġismu fuq l-art biex jonqox ismu fis-sema. Jalla Ġesù meta jarana fil-Ġudizzju jgħidilna bħalma qal lil San Bert, “Nisrani tabilħaqq, li ma għandux qerq, idħol fis-Saltna ta’ Dejjem!” Biblijografija Adinlei, M., L’apostolato dei Dodici nella vita’ di Gesu’, Cinisello 1985. Andreadis, G., “Banished faith: the exile of christian Pontus”, in Road to Emmaus. A journal of orthodox faith and culture, 9, 3-21. Brown, R.E., Giovanni 1-2, Assisi 1977. Easton, M., “Biblical Meaning for ‘Bartholomew’”, in Eastons Bible Dictionary, 1897. Elliott, J.K., The Apocryphal Jesus. Legends of the early Church, Oxford 1976. Fenlon, J.F., “St. Bartholomew”, in The Catholic Encyclopedia, Vol. 2, New York 2010. Florea, S., “The World as field of God’s presence and man’s work”, in International Journal of Orthodox Theology 2 (2011) 4-112. Herz, N., “The etymology of Bartolomew”, in The Journal of Theological Studies, 110-112. Jones, A., Dictionary of Saints, London 1992. Manns, F., Evangile de Jean, a la lumiere du Judaism, Jerusalem 1991. Schmidt, A., “The Armenian versions I and II of Michael the Syrian”, in Hugoye: Journal of Syriac Studies, 16 (2013) 93-128. Schnackenburg, R., La Persona di Gesu’ Cristo nei Quattro vangeli, Brescia 1995.