24
6: L-ispazju ċentrali tal-istazzjon - fin-nofs ‘engine shaft’ 16 il-metru fond - lemin bieb u żewġ twieqi fil-faċċata tal-wied xellug żewġ fetħiet; iż-żgħir tal-“coal bunker” waqt li l-kbir huwa mic-“chambers” fejn kien jitpoġġa wieħed mill-boilers
ġie mkejjel k ollu – minbarra l-mini ta’ taħt l-art, u dan
il-kejl ġie żviluppat fi pjanti u illustrazzjoniijiet fit-tielet
dimensjoni (3D). Il-provista ta’ dawn id-dokumenti hija
essenzjali qabel jista’ jiġi kkunsidrat pjan ta’ restawr,
partikularment fil-każ tal-istazzjon ta’ Mġarr ix-Xini,
minħabba il-fatt li hija inaċċessibli u allura wieħed ma
jistax jieħu dawn id-deċiżjonijiet fuq il-post. Wara dan
ġie żviluppat pjan preliminarju ta’ restawr sabiex isservi
ta’ bidu għall-pjan aktar dettaljat u bħala dokument
għall-applikazzjonijiet għall-fondi. L-elementi diversi
tal-istruttura ġew dokumentati f’numru ta’ tpinġijiet,
ritratti, u filmati għall-użu ta’ riferenza fil-futur. Inbena
ukoll mudell tal-mountboard tal-Wied ta’ Mġarr ixXini, dan se jkun esebit b’mod permanenti fil-Kunsill ta’
Sannat.
Numru kbir ta’ pjanti, rapporti, ritratti u dispaċċi
li nstabu, jagħtu indikazzjoniji ċara tal-iżvilup talistazzjon matul iż-żminijiet. Dawn id-dokumenti instabu
mill-arkiviji ta’ Santu Spirtu, l-arkivji tal-Vajrinġa,
l-arkivji tal-KEW f’Londra (kellna l-opportunità li nżuru
dawn l-arkivji fuq sitt ġranet waqt li wieħed mill-kollegi
– William Moran – kien jaħdem għal ftit xhur f’Londra),
l-arkivji tal-WSC f’Ħal Luqa, fl-arkivji tal-Project House
fil-Floriana u fil-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt. Barra
minn hekk ġejna anke provduti b’ħafna dokumenti
grazzi għall-ġenerozijta ta’ numru ta’ individwi, fosthom
l-inġnier Charles Camilleri u Dr Paul Micallef, it-tnejn
mill-WSC, Brian Restall minn PIM, John Cremona millMinisteru għal Għawdex u Joseph Bezzina mill-Arkivji
tal-Vajrinġa. Saru ukoll numru ta’ intervisti fosthom
waħda partikularment importanti, dik ma’ Karmenu
Cordina li kif ġa semmejt hu l-unika persuna li għada
ħajja minn dawk li ħadmu fl-istazzjon.
Il-Kunsilli tax-Xewkija u ta’ Sannat ilhom jaħdmu aktar
minn għaxar snin sabiex flimkien iwettqu l-ħolma
tagħhom ta’ Park Reġjonali fil-wied ta’ Mġarr ix-Xini.
Bħalissa qegħda titfassal applikazzjoni għall-fondi
Ewropej sabiex jitwettaq dan il-pjan ħolistiku li
jinkludi fih l-istazzjon tal-ilma. Il-proġett ta’ Mġarr ixXini Regional Park preżentament huwa mmexxi minn
Emanuel Terrible bħala rapreżentant tal-Kunsilli taxXewkija u ta’ Sannat. L-istudji u r-riċerka li saru jistgħu
jiġu aċċessati mill-pubbliku mill-Kunsill ta’ Sannat u
huwa ppjanat li jkunu aċċessibli wkoll mill-Kunsill taxXewkija u mill-Arkivji tal-Vajrinġa.