Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 25

23 opposti tal-mini. Fl-1960 intbgħatet telgramma mill-Gvernatur ta’ Malta lis-Segretarju tal-Istat Ingliż għall-kolonji, fejn fiha ġew mitluba fondi sabiex il-mini jitħaffru aktar fil-fond – madwar żewġ piedi u nofs mattul tagħhom kullu (li kien jammonta għal 4,600 pied). Ir-raġunijiet għal dan l-iżvilupp kienu tnejn: il-qabda tal-ilma ta’ 190,000 gallun kuljum ma kinitx biżżejjed għad-domanda tal-ilma u għalhekk billi jfondu l-mini, ilqabda tal-ilma kienet ser iżżid sustanzjalment. It-tieni raġuni kienet li waqt li jfondu l-mini setgħu fl-istess ħin jaqilbu l-pendil sabiex l-ilma kullu jinġabar lejn in-naħa tal-istazzjon il-ġdid – dak tas-Sabbara. B’hekk ma jkunx hemm bżonn aktar tal-użu tal-istazzjon il-qadim, dak ta’ Mġarr ix-Xini għax l-ilma jkun jista’ jittella’ kollu mis-Sabbara u b’hekk ix-xogħol jista’ jsir aktar effiċjenti minn post wieħed. Eventwalment il-proposta ġiet aċċettata u l-istazzjon ta’ Mgarr ix-Xini ġie magħluq. Mill-ħaddiema li kienu jservu fih, fadal wieħed biss li għadu ħaj, ċertu Karmenu Cordina. 5: Ritratt korteżija tal-ktieb Nostalgies of Gozo 4: Wieħed mit-tankijiet (jew drum) tal-isteam boiler kif jinsab preżentament fil-parapett tal-istazzjon Il-pompi tal-elettriku Harland ġew meħuda sabiex jintużaw f ’postijiet oħra filwaqt li d-diesel engine Runston tħalliet fuq il-post. Mal-medda taż-żmien din ilmagna sofriet minn atti ta’ vandaliżmu u b’konsegwenza ta’ dan tinsab preżentament fi stat ta’ rovina. Minn naħa l-oħra l-fdalijiet tal-isteam boilers li tħallew fil-parapett jinstabu f’kundizzjoni relativament tajba. L-għollieq li kontinwament jikber fil-parapett, jaħbi dawn il-fdalijiet taħt il-kenn tiegħu tant li ma kellniex idea f’hiex kienu jikkonsistu qabel żbarna ħafna minnu. Dan iż-żbir sar fuq medda ta’ numru ta’ ġranet, f’Ottubru ta’ 2014, fejn kont akkumpanjat minn żewg koppji, waħda Ingliża u l-oħra Belġjana, li ilhom jżuru lil Għawdex bħala d-destinazzjoni favorita tagħhom minn mindu kienu żgħażagħ. B’korteżija tal-għajnuna tagħhom, dawn huma Lesley, Roger, Marie-Frans u Richard. Il-fdalijiet li nstabu huma: żewġt tankijiet identiċi, wieħed minnhom jidher fir-ritratt numru 4, - numru ta’ ‘down take headlers’, numru ta’ ‘water tubes’ u numru ta’ aktar partijiet li ma ġewx identifikati. Ir-ritratt numru 5, juri d-dehra tal-istazzjon kif kienet tidher madwar is-sena 1920. Fir-ritratt jidher ċar il-parapett li skont Karmenu Cordina, il-ħaddiema kienu jużaw bħala post ta’ rikrejazzjoni biex jistrieħu mis-sħana u l-istorbju li kien jagħmel il-makkinarju. Jidhru ukoll li xi partijiet mill-istruttura li kif teżisti illum mhumiex kompatibbli ma kif kienet fir-ritratt. Wieħed jista’ jinnota wkoll n-nuqqas ta’ invazzjoni estensiva ta’ għollieq li wieħed isib fil-wied illum. Ma kienx biss il-makkinarju li sofra l-vandalizmu. Iżżewġ garigori li jagħtu aċċess għal-livelli diversi talistazzjon jinstabu fi stat li jirrendihom mingħajr użu. L-istazzjon illum isservi biss biex jipprovdi kenn lillħamiem li jgħixu fil-wied. Iżda l-preżenza tiegħu toffri testimonju tal-impenn li kienu jiddedikaw missirijietna sabiex jipprovdu wieħed mill-iktar bżonnijiet essenzjali għall-ħajja tal-bniedem – l-ilma. ********************************** F’dawn l-aħħar snin saru diversi attentati sabiex jiġi rrestawrat l-istazzjon, iżda l-pożizzjoni u l-konfigurazzjoni tal-istruttura jrendu dan il-proġett wieħed problematiku u delikat. Minħabba f’hekk, dawn l-isforzi dejjem spiċċaw fix-xejn. L-iskop tal-istudji li saru, huwa li jipprovdu bażi tajba minn fejn jista’ jsir pjan ta’ restawr. Mill-istudji ħarġu ħafna dettalji tal-konfigurazzjoni oriġinali tal-makkinarju u b’hekk setgħet tiġi indikata ilpożizzjoni originali tal-fdalijiet eżistenti. L-istazzjon