Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 27

25 Il-Predikazzjoni ta’ Isaija f’rabta mat-tagħlim ta’ Ġwanni l-Battista George Mercieca B.A. (HONS) (Melit.) “Iftaħ garġik, għajjat u la tiskotx! Għolli leħnek bħal tromba! Dnubhom uri lill-poplu tiegħi, u ħtijiethom lil dar Ġakobb! Imma lili kuljum ifittxu, jixtiequ jagħrfu triqati, bħallikieku ġens li jagħmel is-sewwa, u li ma ħalliex l-ordnijiet ġusti ta’ Alla tiegħu” (Is 58, 1-2a). Il-profeta Isaija, f’din is-silta, jitkellem mal-poplu ta’ Alla, il-poplu Lhudi, dwar il-ħtieġa tas-sawm awtentiku. Hu għex fl-aħħar nofs tat-tmien seklu qabel Kristu meta s-saltna ta’ Ġuda kienet mhedda mill-Assirja. B’sejħa minn Alla fit-tempju ta’ Ġerusalemm Isaija laqa’ s-sejħa li Alla għamillu. Hu ntebaħ bil-qdusija u l-kobor ta’ Alla però seta’ jinnota l-istat miżerabbli tal-poplu Lhudi, poplu midneb li kien jeħtieġ jiġi msoffi minn dnubietu permezz tal-predikazzjoni tal-kelma ta’ Alla. Fl-interpretazzjoni biblika d-deżert kien il-post tal-imwarrbin, il-post fejn jgħammar ix-xitan. Meta l-qassis il-kbir kien joffri xi għoġol jew muntun b’sagrifiċċju lil Alla, b’demmu kien ibierek ilġemgħa preżenti u bin-nofs l-ieħor kien iċarċru fuq l-artal, filwaqt li meta midneb ikollu dnubietu kbar kien joffri għoġol b’sagrifiċċju lil Alla u għoġol ieħor kienu jħarrbuh fid-deżert wara li l-midneb jistqarr ħtijietu u jgħaddu fuq l-annimal. Bla dubju dan it-twemmin għalina x’aktarx li hu superstizzjoni fis-sens li l-ebda annimal ma jista’ qatt jitgħabba bid-dnubiet tal-bnedmin: “Xbajt mis-sagrifiċċji talħruq tal-bdabad, u mix-xaħam tal-bhejjem smien. Id-demm tal-gniedes u l-ħrief u tal-imtaten ma jogħġobnix” (1, 11). Diġà Isaija kien beda jipprietka fuq il-virtù tal-umiltà u ta’ fidi sinċiera. Din kienet il-battalja li kellu jsib fil-missjoni tiegħu ta’ profeta. Jekk Isaija sab poplu b’qalbu iebsa għall-messaġġ Il-ħtieġa ta’ ndiema sinċiera diġà kienet bdiet divin, mhux b’anqas Ġwanni l-Battista. Kemm tinħass fi żmien Isaija. Jekk din il-ħtieġa kienet il-profeta kif ukoll Luqa bħala awturi sagri urġenti fi żmienu, kemm aktar inħasset fi żmien jagħtu deskrizzjoni storika marbuta malĠwanni? “... Agħti widen, art! Għax tkellem ilperjodu ta’ dawn il-qaddisin. Isaija għex Mulej: ‘Ulied rabbejt u kabbart, u huma fi żmien Għużżija, Ġotam, Aħaż, qamu kontrija. Il-gendus jagħraf u Ħeżekija, slaten ta’ Ġuda lil sidu, u l-ħmar il-maxtura (1,1) waqt li l-Battista għex ta’ sidu; imma Israel ma fi żmien Ponzju Pilatu, jagħrafx, il-poplu tiegħi gvernatur tal-Lhudija, ma jifhimx’” (1, 2-3). Erodi, tetrarka talHekk jibda l-ktieb talGalilija, ħuh Filippu, profeta Isaija. Milltetrarka tal-artijiet ewwel versi tiegħu tal-Iturija u Trakonija tinħass it-twiddiba u Lisanja, tetrarka ta’ mmirata lejn il-poplu Abileni. Ma’ din idLhudi; “poplu mgħobbi deskrizzjoni storika ta’ bil-ħażen, nisel il-ħżiena, natura politika Luqa jżid ulied imħassrin!” (1, 4a). ukoll l-amministrazzjoni Mhux ta’ b’xejn li Isaija reliġjuża. Anna u kellu missjoni iebsa Kajfa kienu jservu ta’ quddiem in-nies għaliex kapijiet tal-Lhud. Taħt kien qed jimxi kontra din l-amministrazzjoni l-kurrent. Il-poplu ried Ġwanni deher jipprietka jimxi fi triqtu li kienet u jgħammed fid-deżert. se twasslu għat-telfien, iwebbes rasu u jsodd widnejh