15
Il-Kobor ta’ San Ġwann Battista
Frott tal-Umiltà Kbira Tiegħu!
(Kitba ta’ Bennie Mercieca, membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.)
X’iwassal biex bniedem ‘kbir’ iżomm ruħu umli?
Għaliex ħafna li jsiru ‘kbar’ jitilfu l-kwalità prezzjuża tal-umiltà matul ħajjithom?
Liema huma s-sigrieti ta’ din il-virtù tal-umiltà, li hija hekk rari u li faċilment tista’ tintilef?
Biex niskopru s-sigrieti tal-umiltà hemm bżonn li nsibu
u nistudjaw bir-reqqa kollha lil ‘xi ħadd’ li kellu dan iddon, xi ħadd li kiseb il-kobor iżda qatt ma tilef l-ispirtu
tal-umiltà. Dan ix-xi ħadd ma jista’ jkun ħadd aktar
daqs San Ġwann il-Battista. Għaliex, għalkemm kien
bniedem ‘kbir’, fih kienet tiddi, bħal ġawhra prezzjuża,
l-virtù tal-umiltà u għalhekk, l-imġiba tiegħu kienet
mżejna bi sbuħija li tiġbdek!
Ġwanni: Il-bniedem u l-missjoni tiegħu:
L-ewwel kap tal-Evanġelju ta’ San Ġwann jiftaħ b’ħames
versi qosra imma profondi dwar in-natura divina ta’
Sidna Ġesù Kristu, l-personalità tiegħu u r-rwol tiegħu.
Imbagħad, dritt wara, fi tliet versi, mis-sitt vers sattmien vers insibu bidla f’daqqa; l-i‘spotlight’ ddur fuq
l-Għammiedi:
“Kien hemm raġel mibgħut minn Alla jismu Ġwanni. Dan
ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd
jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed ċ)
għad-dawl.” (Ġw 1:6-8)
a) Kien hemm ‘raġel’; bniedem, mhux xi superman
jew bniedem ta’ barra minn hawn! Sempliċement
BNIEDEM.
- Aħna l-bnedmin għandna tendenza li nqiegħdu
fuq pedestall għoli lil dawk li huma ‘kbar’,
speċjalment lil xi ħadd mibgħut minn Alla!
- Iżda Ġwanni qatt ma ħalla dan jiġri; fehem ilperikli, kemm ta’ dawk li jqiegħdu l-mexxejja
tagħhom fuq pedestal għoli, kif ukoll ta’ dawk
li jippruvaw joqogħdu fuq pedestalli għolja
xejn sodi!
- Ġwanni kien jaf eżattament hu min hu –
bniedem bħall-oħrajn, bniedem ordinarju
u xejn iżjed! Filfatt, fit-Testment il-Ġdid ma
jissemma ebda miraklu li għamel Ġwanni
l-Battista.
b) Il-missjoni tiegħu, però, kienet straordinarja
daqskemm hu kien ordinarju! Kif hemm fil-vers 7,
Ġwanni kien imsejjaħ biex ikun XHUD, “biex jixhed
għad-dawl”. Fi kliem ieħor, Alla ppredestina lil
Ġwanni biex imur jixhed u jgħid il-verità, u l-verità
kollha, u xejn ħlief il-verità dwar Kristu. U Ġwanni
hekk għamel, b’fedeltà sħiħa u integrità sublimi,
kif insibu fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, Kap 10, vers
41: “Kienu ħafna dawk li marru ħdejh (Ġesù) u qalu,
Ġwanni ma għamel ebda sinjali, imma kollu minnu
kull ma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem (Ġesù)”
L-għan wara l-missjoni ta’ xhieda veraċi ta’ Ġwanni
kien ‘biex bih kulħadd jemmen.” (Ġw 1: 7b). Din,
iżda, ma kenitx xi ħaġa sempliċi jew bla tbatija;
fil-fatt, l-onesta’ soda u l-koerenza eżemplari ta’
Ġwanni fl-aħħar wassluh għall-martirju fil-ħabs ta’
Erodi Antipas. Għalhekk, wara l-mewt ta’ Ġwanni
wieħed seta’ jikteb fuq qabru li l-ħolma tiegħu
kienet saret realta’, għax permezz tax-xhieda tiegħu
ħafna emmnu f’Ġesù u salvaw! (Ġw 10: 41-42).
Għalhekk, mela, għandna ‘bniedem ordinarju
b’vokazzjoni straordinarja!’ Żewġ elementi