14
Il-firma ta’ Pietru Pawl Azzopardi
1828 Mastru Pawl naqqax l-istatwa tal-Madonna
tar-Rużarju għal konfraternità tar-Rużarju ta’
Bormla u fl-1834 huwa sawwar l-istatwa ta’ Kristu
marbut mal-kolonna għall-konfraternità tas-Salib
Imqaddes tal-Belt. Bejn l-1838 u 1848 Mastru Pawl
naqqax mhux inqas minn seba’ statwi fl-injam.
Huwa ħadem ukoll bosta statwi tal-Ġimgħa l-Kbira
fosthom għall-parroċċa ta’ Bormla. Fl-1838 ħadem
l-istatwa ta’ San Ġorġ t’Għawdex u għaxar snin
wara, ħadem il-Kurċifiss għal din l-istess knisja.
Fl-1843 ħadem l-istatwa ta’ San Ġużepp għal
konfraternità ta’ Bormla.
mimli ħidma b’xogħol mill-isbah fl-arti Maltija,
speċjamlemt f’dak li għandu x’jaqsam fl-iskultura
fl-injam. Pietru Pawl, kien versatili u prolifiku
f ’xogħlu. Għaraf ikun innovattiv, biex b’hekk
tagħna xogħol bit-timbru partikulari tiegħu, xogħol
li għadna ni stgħu ngawdu u nitpaxxew bih sallum.
Hija tassew ħasra li ma jeżisti l-ebda ritratt jew
xbieha ta’ dan l-artist u bil-wisq iktar li fix-Xewkija
ma nsibu l-ebda triq li ssemmiet għalih u lanqas
monument jew lapida bħala tifkira. Madanakollu
għandna il-ħiliet tiegħu imnaqxin fil-kapolavur li
ħallielna fl-istatwa tal-patrun Ġwanni l-Battista, li
Sentejn wara, fl-1845 Mastru Pietru Pawl naqqax propju din is-sena qed nikkomemoraw il-170 minn
waħda mill-isbaħ opri tiegħu, l-istatwa kapolavur meta missirijietna laqgħuha f’raħalna.
ta’ San Ġwann Battista għall-parroċċa tax-Xewkija.
Referenzi:
It-translazzjoni ta’ din l-istatwa saret nhar it-22 ta’ Pietro Paolo Azzopardi – A Forgotten Sculptor tan Nutar
Ġunju 1845 mill-kappella tal-Madonna tal-Ħniena Eugenio F. Montanaro LL.D
Skulturi Maltin tal-iskola Spanjola ta’ Stanley Mangion u
sal-knisja Parrokjali tax-Xewkija.
Christopher Magro
Fl-1853 ħadem l-istatwa tal-Bambina għalParroċċa tal-Mellieħa u fl-1856 ħadem statwa
tar-Redentur għal Bormla. Fl-1865, Mastru Pawl
naqqax l-aħħar opra tiegħu, l-istatwa ta’ San Mikiel
għal Ħal-Qormi.
L-aħħar żmien ta’ ħajtu
Kif għidna, fl-1865 għamel l-aħħar skultura tiegħu.
Waqt dan ix-xogħol fl-età ta’ 74 sena, Pietru Pawl
marad. Hu spiċċa jgħix ma’ ibnu Giuseppe f’numru
123, Triq l-Ifran il-Belt. Nsibu ismu fil-ktieb talmagħmudija tal-knisja ta’ Porto Salvo il-Belt bħala
l-parrinu tat-tifla ta’ Giuseppe bl-isem ta’ Giovanna
Rosa, li ġiet mgħammda fis-7 ta’ Awwissu 1870.
L-aħħar żminijiet ta’ ħajtu ma tantx kienu tajba.
Fit-testment tiegħu kiteb li, li kieku ma kienx għal
ibnu Giuseppe, kien ikollu jbiegħ ġidu biex jgħix.
Huwa miet b’puplesija nhar l-24 ta’ Ottubru 1875,
fl-għomor ta’ 84 sena. Hu ġie mogħti l-aħħar
tislima funebri fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Tarxien
fejn ġie midfun. Il-fdalijiet tiegħu ma nafux fejn
huma eżattament.
Malta tilfet skultur tassew kbir li għolla l-għarfien
u l-istima artistika f’pajjiżna. Kien għomor sabiħ