Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 15

13 Mastru Pietru Pawl Azzopardi (1791-1875) L-Artist li 170 sena ilu naqqax fl-injam l-Istatwa ta’ San Ġwann Battista f’għeluq il-140 sena minn mewtu Kitba ta’ Vicyana Xerri u Claudio Vella Il-ħajja personali tiegħu Pietru Pawl Azzopardi twieled fil-belt Valletta fl-20 t’April 1791. Huwa kien it-tielet wild ta’ Antonio Azzopardi u Maria neè Camilleri. Ġie mgħammed fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fejn tawh l-ismijiet ta’ Salvatore, Giuseppe, Petrus Paulus u Jeremias, imma bdew isejħulu Pietru Pawl. Missieru, Antonio, kien minn Bormla u ommu kienet mill-Floriana u żżewġu fil-knisja ta’ San Publiju l-Floriana li kienet tagħmel parti mill-parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt. Wara ż-żwieġ tagħhom, il-familja Azzopardi marret toqgħod Bormla. Ftit nafu fuq it-tfulija ta’ Pietru Pawl. Hu attenda l-iskola sekondarja u jekk wieħed jikkunsidra dawk iż-żminijiet, Pietru Pawl kien jaf jikteb u jaqra. Hu żgur li sa minn dejjem wera ħila għall-arti. Ta’ 17-il sena tilef lil missieru u sa minn dik l-età tenera kien diġà beda juri x-xewqa li fil-futur isir skultur. Pietru Pawl iżżewweġ lil Giovanna Roża Camilleri minn Bormla fil-knisja tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla fil25 t’Ottubru 1817 u hemm fetaħ il-bottega tiegħu. Minn dan iż-żwieġ kellhom sitt ulied li minnhon għexu biss tlieta. Dawn kienu Savatore, li twieled fl1824, Maria Konċetta li twieldet fl-1826 u Giuseppe li twieled fl-1830. Martu Giovanna Roża mietet fit-22 ta’ Diċembru 1833 (waqt li kienet twelled tarbija) fl-età żagħżugħa ta’ 37 sena. Pietru Pawl ma setax ikompli jrabbi t-tliet uliedu żgħar waħdu li kienu ta’ bejn disa’ u tliet snin. Għalhekk iżżewweġ lil Antonia Attard fil-5 ta’ Mejju 1836 fil-knisja talPorto Salvo fil-Belt Valletta. Minn dan iż-żwieġ ma’ kellux tfal. Fl-1857, Pietru Pawl Azzopardi mar jgħix il-Belt Valletta fid-dar numru 7, Strada Ponente fejn nhar it-13 ta’ Frar 1864 tilef ukoll lit-tieni mara tiegħu li ġiet midfuna fil-knisja ta’ Ġieżu l-Belt. Il-karrieri artistika tiegħu Pietru Pawl kien aljiev ta’ Mariano Gerada magħruf ukoll bħala ‘il-Marjani’. Mariano ġab din issengħa minn Valenzia fi Spanja, meta kien għadu żagħżugħ. F’Valencia, Mariano kien student ta’ José Esteve Bonet. Pietru Pawl Azzopardi kien membru fl-akkademja ‘Corpo delle Belle Arti del Desegno’. Minn publikazzjoni ta’ Castagna, Pietru Pawl hu msemmi li kien skultur għar-re Ferdinandu II ta’ Spanja. Dan juri li Pietru Pawl kien kiseb fama artistika kbira u allura skultur-artist ta’ kalibru kbir. Għalkemm Pietru Pawl kien bniedem ħawtiel u bieżel, kien umli u ma tantx kien iħobb jidher. Skont l-istess storiku (P.P. Castagna), Pietru Pawl beda l-karriera tiegħu jiskolpixxi puleni għalliġfna. Hu kien jiskolpixxi ukoll fil-ġebla maltija. Il-biċċa l-kbira tal-istatwi li skolpa u żebagħ Pietru Pawl, kienu fuq disinn tiegħu stess, u l-akbar numru ta’ statwi tiegħu nsibuhom skolpiti fl-injam. Ix-xogħlijiet tiegħu L-ewwel statwa li ħadem kienet statwa tar-Redentur, li Pietru Pawl skolpa fl-1808 fil-ġebla Maltija, għall-kappella ta’ Santu Rokku f ’Ħal Għaxaq u fl-1816 skolpa statwa ta’ Santa Katerina, ukoll fil-ġebel li tinsab f’niċċa fi triq fiżŻurrieq. Impressjoni artistika ta’ Claudio Vella Fl-1825 Mastru Pawl ndura biddeheb, l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar, opra li kien ħadem Mariano Gerada. Fl-