Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 18

16 “Ġwanni ta xhieda fuqu meta għajjat u qal: ‘Dan hu li għalih għidtilkom, jiġi warajja, imma hu aqwa minni, għax kien minn qabli.” Ġwanni jitkellem dejjem fuq ilglorja ta’ Kristu u mhux tiegħu: ‘Hu ogħla, aqwa, isbaħ.’ b) Rwol ta’ mexxej: Barra li kien wieħed li jipprietka l-penitenza, jgħammed l-eluf ta’ nies u jimpressjona dixxipli għal warajh, Ġwanni kien ukoll tassew mexxej. Kien faċli li f’din i l-pożizzjoni, Ġwanni seta’ kellu jiffaċċja t-tentazzjoni li jesplojta l-injoranza tan-nies u jingannahom, għax huma kellhom fiduċja għamja fih. Hekk, per eżempju, fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, Kap 1, vers 19, naqraw li delegazzjoni ta’ Qassisin u Leviti jmorru jistaqsuh: “Int min int?” Iżda, Ġwanni jirbaħ it-tentazzjoni li juża l-injoranza tagħhom għall-vantaġġ tiegħu stess. “Hu stqarr bla ma ċaħad: Jien m’inhiex il-Messija.” (Ġw 1:20) Huwa qal ukoll, ċar u tond, li ma kienx Elija, lanqas ilProfeta, hu kien biss, “leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: wittu t-triq tal-Mulej.” (Ġw 1: 21-23) Hu stqarr li kien sempliċi għammiedi. donnhom kontra xulxin li faċli jtellfu l-bilanċ talumiltà. Iżda, fil-vers 8 (Ġw 1) naqraw eżattament min kien Ġwanni: “Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.” d) Dan kollu jwassalna għal ewwel sigriet tal-umiltà: Bnedmin tassew umli jifhmu b’mod ċar il-missjoni tagħhom u jaċċettaw il-limitazzjonijiet tagħhom. Dan ma jfissirx li aħna narmu lilna nfusna, nbaxxu lilna nfusna jew nistmerru lilna nfusna. Ifisser li aħna jrid ikollna moħħ ċar dwar min aħna, x’irridu nagħmlu, u konxji mil-limitazzjonijiet tagħna. Dan kollu Ġwanni l-Battista jurihulna b’mod mill-isbaħ għax hu kien jaf li: - hu kien bniedem, mhux il-Messija; - hu kien Ġwanni, mhux Ġesù; - hu kien leħen, mhux il-Kelma; - hu kien musbieħ, mhux id-Dawl. Ġwanni: r-rwoli tiegħu u t-tentazzjonijiet: Matul ħajtu, Ġwanni kien imsejjaħ biex jaqdi tliet rwoli speċjali u li minħabba fihom kien jispikka ferm: a) Rwol ta’ portavuċi (kelliemi) ta’ Alla. Ġwanni kien il-portavuċi ta’ Alla. Meta Ġwanni kien jitkellem, in-nies kienet tisimgħu bl-attenzjoni u bilqalb għaliex kienu konvinti li hu kien bniedem ta’ Alla. Meta kien jgħid xi ħaġa, wieħed kien iqisha ta’ valur. Faċli li f’dan ir-rwol, Ġwanni seta’ jenfasizza l-importanza tiegħu, is-sagrifiċċji tiegħu, is-suċċessi tiegħu. Imma Ġwanni ma waqax f’dan l-ingann! Hekk naqraw fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, Kap 1, vers 15: Fl-umiltà tiegħu, Ġwanni l-Battista tefa’ spotlight fuq Ġesù Kristu, u żamm lura milli jieħu xi vantaġġ ta’ popolarita’ fuq l-injoranza tan-nies. “Jien ngħammed bl-ilma, imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx u li ġej warajja; jien anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu.” (Ġw.1: 26-27). ċ) Rwol ta’ Awtorità: Ġwanni kien bniedem ta’ awtorità. Seta’ jagħti tweġibiet li l-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmienu ma kellhomx. Dan seta’ kien tentazzjoni, li Ġwanni jaħbi l-umanità tiegħu u l-limitazzjonijiet tiegħu. Iżda, Ġwanni rebaħ din ittentazzjoni wkoll, kif turi l-ammissjoni umli tiegħu li, għall-ewwel, hu ma kienx għaraf lil Kristu: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli. Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” (Ġw 1:30-32) U dan stqarru mhux darba, iżda darbtejn: “Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed fl-Ispirtu s-Santu. Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, Dan hu l-Iben ta’ Alla.” (Ġw 1: 33-34) Fl-Evanġelju ta’ San Luqa, Kap 7, Ġwanni juri b’mod aktar ċar l-umanità fraġli tiegħu meta, bħala priġunier fil-ħabs ta’ Erodi u priġunier tad-dubji tiegħu stess, jibgħat tnejn mid-dixxipli tiegħu jsaqsu lil Ġesù: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” (Lq 7:19) Kemm hu ta’ min jimita lil Ġwanni l-Battista! - Numiljaw ruħna meta mhux dejjem nifhmu t-toroq ta’ Alla, meta donnu nitfixklu, naħbtu ser naqtgħu