Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 88

86 Gradwati Ġodda Cheryl Cauchi Bsc (Hons) Nursing John Paul Borg B.A.(Hons) History Michela Portelli AAT Diploma in Accounting Marthiane Vella Diploma in Nursing Christine Portelli Bachelor of Science (Honours) in Software Development Tislima lil Glorjuż Martirju ta’ Ġwanni l-Battista. O Kbir San Ġwann Battista Kristu ħabbek fit-tnissil tiegħek, fit-twelid tiegħek U fil-glorjuż martirju tiegħek. Kristu kabrek meta qal: “ĦADD ma twieled bin mara ikbar minnek.” Ir-re Erodi meta għalaq snienu għamel pranzu kbir u stieden il-kbarat kollha u t-tifla ta’ Erodija, Salome, ħarġet tizfen u tant għoġbot lir-re. Ir-re qalilha itlobni dak li trid, avolja nofs ir-renju intik. Salome marret tgħid lil ommha: “X’se nitolbu ma?” Ommha qaltilha itolbu ras Ġwanni l-Battista ġo platt. Ir-re Erodi għal dan id-diskors tħawwad imma biex ma jaqax fil-baxx quddiem dawn il-kbarat kollha, bagħat lill-bojja u qatgħa ras San Ġwann. Erodi kien iħobbu lil Ġwanni għax kien jara sopranaturali fi Ġwanni. Ġwanni kien dejjem ixxandar li ż-żwieġ raġel wieħed u mara waħda. Erodija d-diskors ta’ Ġwanni fuq iż-żwieġ ma kinitx tieħu gost bih għalhekk ġagħlet biex lil Ġwanni jaqtegħlu rasu. Ġwanni għax kien jiddefendi ż-żwieġ kellu ħa l-martirju. Kristu tant ħabbu lil Ġwanni li għollieh fl-aqwa gieh fid-dinja u tant iżjed fis-smewwiet. Ħsieb ta’ Frenċ Farrugia magħruf bħala Frenċ ta’ Skriepel