Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 89

87 Ġieħ ixXewkija 2014 Michaelangelo Camilleri Imwieled ir-Rabat Għawdex nhar l-24 ta’ Mejju 1955. Bin il-mejtin Wenzu Camilleri, mixXewkija u Ferdinanda li kienet mir-Rabat. M’Angelo, ħa l-edukazzjoni tiegħu, l-ewwel fl-iskola primarja ta’ Kerċem u wara, fis-seminarju minuri ta’ Għawdex. Meta spiċċa milliskola daħal mal-Korp tal-Pijunieri u wara sar spettur agrikolu. Fil-preżent, huwa Senior Foreman Agrikolu. Huwa miżżewweġ lil Josephine u għandhom żewġt itfal: Josef u Omar. M’Angelo ħareġ idoqq l-ewfonju għall-ewwel darba, mal-banda Prekursur f’lejlet il-Milied tal-1970. Kalanġ, kif inhu magħruf, huwa membru attiv fil-Leġjun ta’ Marija fix-Xewkija u assistent teżorier tal-Għaqda Agrikola, Industriali u Kulturali Għawdxija. Huwa attiv ħafna f’din l-għaqda fejn jittellgħu tliet wirjiet matul is-sena. Il-wirja tar-Rebbiegħa, wirja kbira li ssir nhar Santa Marija, u wirja oħra fi żmien il-Milied. Ta’ 14-il -sena, beda jitgħallem il-mużika taħt is-surmast Ġużeppi Farrugia, li kien surmast tal-Banda Prekursur. Huwa bandist regolari tas-Soċjetà Filarmonika Prekursur, kif ukoll idoqq ma’ diversi baned oħra, fosthom mal-banda Leone, u mal-banda La Stella, tal-Belt Vittorja. Huwa daqq taħt diversi surmastrijiet, bħal Ġużeppi Farrugia, Joseph Sammut, Anton Bonnici, Colin Attard, Joseph Galea, Andrew Coleiro, Archibald Mizzi, Anthony Borg, Joseph Vella, Sunny Galea, Joseph Camilleri, Michelle Refalo u Josef Debrincat. Huwa okkupa diversi karigi fil-kumitat tas-Socjetaà Filarmonika Prekursur, fosthom delegat tal-bandisti, assistent segretarju u arkivista għal dawn l-aħħar 25 sena. Ta’ kull sena huwa jirregala xi marċ lillbanda. Huwa dilettant ħafna tal-marċi u tal-programmi. M’Angelo insibuh idoqq ukoll ittrombun mal-banda Ċittadina Leone meta jiġi mitlub u anke ġieli jdoqq wara l-kwinti f’xi opra li tittella` fit-Teatru Aurora. Huwa daqq kemm-il darba barra minn xtutna; fi Sqallija, Rivereto, il-Vatikan f’udjenza mal-Papa Ġwanni Pawlu ll u fit-Tuneżija. M’Angelo dejjem jiġbor il-materjal u jaġġorna l-istorja tal-banda Prekursur. Insibulu il-cassettes kollha li ħarġet il-banda Prekursur. Opri li ħadem għalihom huma, l-’Għanja tal-Battista fix-Xewkija’ - 1995, li tagħha huwa kien il-kordinatur u meta ħareġ il-ktieb Banda Prekursur 70 Sena - 1999, meta għamel wirja filkażin tal-banda bl-isem ’75 Sena Ta’ Ħidma tal-Banda Prekursur’ – 2004, meta ġiet varata l-websajt uffiċjali tal-Banda Prekursur, proprju fit-13 ta’ Mejju 2009, f’Jum il-Banda u meta ħareġ ilktieb ’Ġabra Ta’ Proża u Folklor’ fl-2011. Huwa jieħu ħsieb jistampa l-ktieb tal-festa fi ħdan is-Socjetà Filarmonika Prekursur. Il-Bord editorjali jingħaqad mal-kontributuri kollha ta’ din il-ħarġa tar-rivista Gourgion sabiex jawgura il-festa t-tajba lill-qarrejja kollha.