Opri interessanti fil-knisja ta ’ San Pawl f ’ Ħal Safi
( it-tieni parti )
Mario Fenech
Preżentatur ta ’ ‘ Qabel jibda l-Marċ ’ kull nhar ta ’ Tlieta fid-21:00 fuq Calypso Radio 101.8FM u ‘ Ritratti mill-Passat ’ u ‘ Il-Festa ’ fuq Xejk TV .
Fl-aħħar artiklu tiegħi f ’ dan il-Programm tal-Festa ta ’ San Pawl , dak tas-sena li għaddiet , kont ktibt dwar uħud mill-opri sagri sbieħ li nsibu fil-Knisja ta ’ San Pawl ta ’ Ħal Safi . Tajt ħarsa lejn l-artali ta ’ San Ġużepp u ta ’ San Mikiel kif ukoll il-pittura tal-koppla .
L-ewwel opra f ’ dan l-artiklu ta ’ din is-sena hija l-Kwadru titulari li fih l-artist Stefano Erardi pinġa x-xena tal-Konverzjoni ta ’ San Pawl fi triqtu lejn Damasku . Ilkwadru kien lest fis-sena 1693 meta l-artist kellu 63 sena . Din ix-xena fil-kwadru hija kopja ta ’ kwadru ieħor li hemm fil-Kon Katidral ta ’ San Gwann fil-Belt Valletta . Il-prospettiva ta ’ madwar dan il-kwadu tal-kor saret fis-sena 1745 u ħallset għaliha Katarin Correa . L-artal tal-kor huwa tal-ġebel u għandu l-iskanelli u l-ġirandla tal-injam skulturat u ndurat . Fil-ġirandla hemm żewġ relikwiji ta ’ San Pawl . Waħda minnhom kienet ingħatat lill-knisja mill-Isqof Mons Alpheran de Bussan u l-oħra kienet inġiebet minn Ruma minn Patri Injazju Saverju De Costanzo s . j . fis-sena 1719 . Dan kien taha lil oħtu li kienet soru fil-Kunvent ta ’ Santa Skolastika fil-Birgu .
La qegħdin fid-daħla tal-kor ta ’ din il-knisja ta ’ San Pawl ta ’ Ħal Safi naraw mal-ġnub tal-kwadru titulari żewġ kwadri laterali . F ’ wieħed hemm ix-xena tat-tħabbira lill-Verġni Marija mill-Arkanġlu Gabriel u fl-ieħor hemm ix-xbieha tal-Madonna tad-Dawl . Ma nafu xejn dwar min għamel dawn il-kwadri , lanqas dwar jekk hemmx xi konnessjoni bejniethom . Jista ’ jkun li dawn kienu fil-knisja l-qadima qabel ma nbniet il-knisja tal-lum bħalma kien ukoll ilkwadru titulari jew kinux f ’ xi waħda mill-knejjes li kienu ġew ipprofonati meta kienet qiegħda tinbena l-knisja ,
L-Artal tal-Kor bil-Kwadru Titulari fuqu Il-Kwadru Titulari tal-Knisja ddedikata l-Konverżjoni ta ’ San Pawl f ’ Ħal Safi
90
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar