jiġifieri l-knejjes tal-Vitorja u ta ’ Sant ’ Agata . Dan kien fis-sena 1792 meta l-Kappillan Dun Ġużepp Chircop kien qiegħed jirsisti biex jara li l-knisja titlesta mill-bini tagħha .
L-artal ta ’ San Pietru huwa wieħed millartali ta ’ din il-knisja li l-kwadru tiegħu juri aktar minn suġġett wieħed , bħall-kwadru li rajna ta ’ San Ġużepp fl-istess knisja flartiklu tas-sena l-oħra . Il-figura ta ’ San Pietru narawha timla parti sew ta ’ din it-tila . Qaddis ieħor li naraw fil-kwadru huwa San Isidoru Qaddis Patrun tal-Bdiewa , miegħu hemm ukoll il-figura ta ’ San Mattew L-Evanġelista . San Pietru b ’ idu l-leminija merfugħa ’ l fuq qiegħed juri fil-parti ta ’ fuq tat-tila lill-Verġni Marija qiegħda tiġi nkurunata mit-Trinità Qaddisa . Dan il-kwadru ta ’ San Pietru kien sar minflok ieħor li kien hemm qabel b ’ ordni tal-Isqof Mons Alpheran de Bussan meta dan kien qiegħed jagħmel il-viżita pastorali fir-raħal fis-sena 1737 . Fuq dan l-artal kienet issir il-festa ta ’ San Pietru nhar il-festa tal- Imnarja . Kien ħalla legat sabiex issir din ilfesta ċertu Duminku Briffa fis-sena 1723 .
Aktar dwar l-opri sagri oħrajn li nsibu f ’ din il-Knisja Parrokkjali ta ’ San Pawl f ’ Ħal Safi fil-ħarġa li jmiss ta ’ dan il-ktieb .
Il-festa t-tajba lil kulħadd .
Kwadru tal-Lunzjata tal-Madonna
Kwadru Laterali tal-Madonna tad-Dawl
EDWIN ’ S IRONMONGERY
Ghall-kiri
- > Jigger - > Bayer - > Concrete mixer Triq l-Imdina Hal Kirkop
Mob : 99466941
Tel : 21642432 mariatheuma82 @ gmail . com Free Delivery
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
91