2022 | Page 89

L-awtoritratt ta ’ Rembrandt
FESTA 2022

San Pawl fl-Arti

L-awtoritratt ta ’ Rembrandt

Alexis Callus
Rembrandt Harmensz Van Reyn ( 1606-1669 ) twieled fl-Olanda , fil-belt ta ’ Leiden . Minn età żgħira kien interessat fil-pittura , u ta ’ 13-il sena huwa beda l-istudji artistiċi tiegħu . Illum huwa msemmi bħala l-aqwa artist viżiv ta ’ kull żmien u l-aktar artist importanti Olandiż .
L-awtoritratt tal-Appostlu Pawlu ( Bl-Olandiż : Zelfportret als de apostel Paulus ) huwa wieħed minn 40 awtoritratt li għamel Rembrandt . Din il-pittura li saret fl-1660 illum tinstab fir-Rijksmuseum ta ’ Amsterdam . 1
Rembrandt pitter dan l-awtoritratt fl-età ta ’ 55 sena . L-awtoritratt ta ’ San Pawl huwa wieħed mill-aħħar awtoritratti magħmula minn Rembrandt . Hawnhekk l-artist għażel li jpinġi lilu nnifsu bħala figura biblika , speċifikament l-Appostlu Pawlu . Huwa uża referenzi popolari tal-Appostlu , bħal ngħidu aħna l-iskrittura li qed iżomm f ’ idu kif ukol is-sejf li nistgħu naraw ħiereġ mill-mant tiegħu . Fost affarijiet oħra , waqt ir-restawr li sar kien żvela l-preżenza ta ’ tieqa bil-vireg fl-isfond fuq il-lemin , referenza għal wieħed mill-ħafna drabi li San Pawl spiċċa fl-iżbarra . Hemm ukoll element ta ’ dawl qawwi li naraw dieħel mir-rokna ta ’ fuq taxxellug , li probabbilment jimplika tifsira speċifika . Il-Bibja tgħidilna li meta San Pawl ikkonverta għall- Kristjaneżmu kien deher dawl qawwi . Il-ħila talartist li jaqbad l-iktar parti intima tas-suġġetti , kif ukoll id-daqqiet twal u densi użati biex pinġa t-turban , huma karatteristiċi tipiċi tal-produzzjoni ta ’ Rembrandt li saru fl-aħħar snin ta ’ ħidmietu . Wara r-restawr , il-kuluri u n-nisġa tal-pittura reġgħu lura għall-glorja preċedenti tagħhom , li tippermettilna nammiraw il-materjalità , irrealiżmu , u l-użu abbli tad-dawl li jikkaratterizzaw l-istil tal-pittur Olandiż b ’ mod kważi impekkabbli . 2
Fil-pittura naraw lil Rembrandt għajjien ; dak li xi darba kien l-iktar artist ta ’ fama u mfittex f ’ Amsterdam , issa x-xorti tiegħu kienet qed tgħib . Fl-1661 kien iddikjarat fallut . Is-sena ta ’ qabel kien imġiegħel ibigħ id-dar u l-istamperija tal-inċiżjoni tiegħu u kellu jfittex akkomodazzjoni aktar modesta . Kien spiċċa ħażin malgħaqda tal-artisti ta ’ Amsterdam , u dawn kienu għamluha diffiċli għalih biex iwettaq ħidmietu legalment ; problema li pprova jaħrab minnha billi poġġa lil martu u lil ibnu bħala sidien tan-negozju tiegħu . L-aħħar kummissjoni mogħtija lilu mill-awtoritajiet tal-belt wara li l-pittur oriġinarjament ikkuntrattat kien miet , ma nżammux u ntbagħtulu lura . 3 Xorta waħda baqa ’ jagħmel numru ta ’ xogħlijiet oħra u kien jirċievi bosta kummissjonijiet

FESTA 2022

privati , b ’ mod partikolari minn Cosimo III De Medici , il-Gran Duka tat-Toskana li kien żaru f ’ Amsterdam fl- 1667 .
Allura nistgħu naraw din il-pittura b ’ mod awtobijografiku , fejn it-traġedja tal-ħajja tal-artist qed tinkiteb fl-arti tiegħu , u b ’ hekk ukoll qed tinkiteb l-istorja tal-arti . Rembrandt miet fqir u ndifen f ’ qabar mhux innumerat . Għoxrin sena wara mewtu l-katavru tiegħu nqered flimkien ma ’ dawk ta ’ foqra oħra bħalu bħalma kien isir dak iż-żmien . Ismu għadu magħġun sal-lum , fuq il-ħitan tal-palazzi u s-swali , fejn il-pittura tiegħu għadha sservi ta ’ ispirazzjoni . L-opra magħrufa bħala Pendant portraits of Maerten Soolmans and Oopjen Coppit inxrat għal 160 miljun ewro . 4
Referenzi :
1 .
Self-portrait as the Apostle Paul , Rembrandt van Rijn , 1661 , www . rijksmuseum . nl
2 .
Il capolavoro di Rembrandt “ Autoritratto come San Paolo ” in mostra alla Galleria Corsini , Martina Scavone , 2020
3 .
Rembrandt ’ s Self-Portraits , Susan Fegley Osmond , 2020
4 .
Agence France-Presse , France and Netherlands to jointly buy rare Rembrandts , The Guardian , 5 October 2015
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
89