Minn hawn u minn hemm
Il-Bnadar tal-Każin
Fi żmien il-festa b ’ mod speċjali lkoll nieħdu pjaċir naraw il-bnadar iperpru matul il-jum u filgħaxija nifirħu taħt id-dawl tal-festuni li jixegħlu fl-iljieli Sajfin .
Il-Każin Banda San Pawl mhux nieqes millkollezzjoni ta ’ bnadar li matul is-sena u fil-jiem tal-festa jaqgħu taħt il-kura tas-Sur Kevin Bondin u li dan l-aħħar qed jiġi wkoll megħjun miż-żagħżugħ Elwyn J Dalli .
Bħal kull ħaġa li ssir , dan jinvolvi impenn u dedikazzjoni . Il-bnadar iridu jintrefgħu u jinżammu fi stat tajjeb . Il-bnadar għandhom post allokat għalihom fil-każin biex jinżammu organizzati u lesti biex jintużaw skont il-bżonn . Insibu l-bandiera uffiċjali tal-każin bl-arma , kif ukoll numru ta ’ bandar oħra fosthom dik sekondarja , ta ’ Malta ( il-bajda u l-ħamra ), ta ’ Ħal Safi ( bajda b ’ faxx blu ), tal-Kurja ( safra u bajda ) kif ukoll dik magħrufa b ’ mod popolari tar-Reliġjon ( ħamra bis-salib abjad ) li hija l-bandiera tal-Ordni ta ’ San Ġwann u li baqgħet tissimbolizza l-fidi Kattolika ta ’ dawn il-gżejjer .
Dawn il-bnadar kollha għandhom l-ordni li fihom jittajru skont il-ġranet u skont il-protokolli mfassla mill- Kumitat Ċentrali . Il-bnadar fuq il-każin jittajru wkoll fil- Festi Nazzjonli kif ukoll f ’ okkażjonijiet oħra festivi bħal fil-Milied , l-Għid il-Kbir , il-Qalb ta ’ Ġesù , il-Korpus , il-Madonna tar-Rużarju , jum il-Praċett u fil-Griżma . Ilbandiera minn fuq il-każin tittajjar ukoll f ’ Jum Ħal Safi u f ’ okkażjonijiet oħra li l-Kumitat iħoss illi dan jixraq . Ilbandiera wkoll tittajjar sabiex tfakkar u ssellem lil dawk il-Ħal Safin li jkunu għaddew għall-ħajja ta ’ dejjem .
Chirstmas Logs b ’ risq il-Każin
B ’ inizjattiva ta ’ Ikel Safi , is-Sur Alexis Callus u s-Sindku , is-Sur Johan Mula saru diverisi Christmas Logs f ’ Diċembru li ngħataw lill-Każin Banda San Pawl u li d-dħul kollu minnhom mar b ’ donazzjoni għall-Każin . Kull min xtara ( u kull darba li tirrikorru għal inizzjattivi simili ) minn dawn fl-istess ħin kien qed jikkontribwixxi b ’ mod dirett lejn l-ispejjeż li jkollu l-Każin b ’ mod kurrenti .
10 snin mill-ewwel wirja tal-Għid il-Kbir – EGO SUM
Il-Kummissjoni Armar u s-Sottokumitat taż- Żgħażagħ fi ħdan il-Każin Banda San Pawl din is-sena fakkru 10 snin minn meta ttellgħet l-ewwel wirja ta ’ żmien l-Għid fiċ-Ċentru Parrokkjali bl-isem EGO SUM . Matul is-snin saru diversi avvanzi f ’ din il-wirja u anke attivitajiet addizzjonali magħhom bħal l-attività tat-Triq tal-Imħabba bis-sehem tas-Safi Drama Group fejn issir dramatizzazzjoni tal-Via Crucis .
72
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar