Koppja ewlenija marbuta mas-suċċess ta ’ din l-attività hija s-Sinjuri Tessi u Michael Magri li jagħtu kontribut kbir fl-armar u materjal ta ’ din il-wirja . Illum il-wirja tikkonsisti minn sett ta ’ vari ta ’ Salvu Bonello maħdum fuq il-vari tal-Isla , proprjetà tas-Sur Redeemer Barber ; sett vari ta ’ Spanja maħdum Malta u proprjetà tas-Sur Andy Aloisio ; sett vari xogħol il-Farrdell u ieħor ta ’ Ġorġ ta ’ Bambini ta ’ Ħal Lija proprjetà tas-Sur Dorian Baldacchino . Insibu wkoll ċenaklu li qed jinħadem bi statwi life size bil-figura ta ’ Ġesù , xogħol Clive Busuttil l-Isky , żewġ figuri ġodda ; Qajfas u Appostlu bl-uċuh xogħol Darren Spiteri , kurċifiss kbir ( misluf ) imnaqqax fl-injam ukoll xogħol Darren Spiteri . Insibu wkoll żewġ figuri mlibbsin ta ’ Pilatu u ieħor ta ’ suldat Ruman flimkien ma ’ artal tar-repożizzjoni .
Sar ukoll pavaljun tad-drapp fuq disinn ta ’ Alan Xerri u pittura ta ’ Kurt Friggieri , bi ħjata ta ’ Tessi Magri .
Fil-wirja nsibu wkoll pittura tal-maktur b ’ wiċċ Kristu ( il-Maktur tal-Veronika ) li hija pittura oriġinali ta ’ Ray Axiaq u li nħadmet apposta għall-Via Crucis .
10 snin mill-Kummissjoni Armar
Din il-Kummissjoni twaqqfet mill-Kumitat Ċentrali tal-Każin Banda San Pawl bl-iskop li tiġbor fiha dawk l-individwi u żgħażagħ li ngħataw l-inkarigu sabiex iżejnu t-toroq għall-jiem tal-festi kif ukoll jieħdu ħsieb l-armar tal-festa miġbura fil-maħżen tas-Soċjetà . Matul is-snin din il-Kummissjoni kompliet tissaħħaħ u varat diversi proġetti ġodda tal-armar , fosthom l-imrewħa maestuża li varat ftit tas-snin ilu . Nawgurawlhom aktar snin ta ’ ħidma b ’ risq il-festa u r-raħal ta ’ Ħal Safi .
San Pawl madwarna
Il-Ħal Safin huma magħrufin li ssibhom fil-festi kollha ta ’ San Pawl , b ’ mod speċjali f ’ dik tal-Belt Valletta fl-10 ta ’ Frar , fil-festa tan-Nawfraġju fil-Munxar Għawdex kif ukoll fil-festa tal-Martirju fir-Rabat Malta . Din is-sena grupp sabiħ u mdaqqas ta ’ Ħal Safin ingħaqdu flimkien biex attendew għall-jiem ta ’ festa fir-raħal ta ’ Palazzolo Acreide fil-provinċja ta ’ Sirakuża fi Sqallija ( L-Italja ), f ’ Ġunju li għadda .
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
73