Programm tal-Festa 2022
It-Tlieta , 16 ta ’ Awwissu
Jum l-Ewkaristija
6:30pm Quddiesa fil-Knisja ta ’ Santa Marija , fejn wara jkollna ħin ta ’ adorazzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali . ( Ma ssirx quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ).
Il-Ġimgħa , 19 ta ’ Awwissu
9:00am Quddiesa għall-membri tas-Safi Day Centre fis- Sala Pietru Pawl Busuttil tal-Kunsill Lokali .
6:30pm Quddiesa fiċ-ċimiterju biex niftakru f ’ ħutna mejtin ( Ma ssirx quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ).
9:00pm The Red Gathering – organizzata mill- Kummissjoni Armar fil-Każin Banda San Pawl
Is-Sibt , 20 ta ’ Awwissu
Jum it-Tifkira ta ’ Ħutna Mejtin
6:30pm Quddiesa għall-erwieħ ta ’ dawk li mietu filparroċċa mill-festa tas-sena l-oħra ’ l hawn u għal ħutna mejtin li ħadmu għall-festa .
8:30pm Lejla Ħal Safija : All Time Hits - The Concert Jieħdu sehem The Spiteri Lucas Band flimkien mal-kantanti Chiara , Ivan Spiteri Lucas , Thea Aquilina , Cherise Attard u Kayley Cuschieri . Jippreżenta Joseph Barber Bonavia . Ikun hemm varjetà ta ’ ikel organizzat mis-Sottokumitat tan- Nisa fil-pjazza ta ’ Ħal Safi .
Il-Ħadd , 21 ta ’ Awwissu
8:50am Ċerimonja ta ’ tqegħid ta ’ kuruna quddiem ixxbieha ta ’ San Pawl tal-ġebel f ’ Misraħ il-Knisja mill-President u l-membri tal-Każin Banda San Pawl flimkien mal-Kappillan .
9:00am Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-Każin Banda San Pawl u s-Sezzjonijiet kollha . Fi tmiem ilquddiesa lkoll flimkien mal-membri tal-Għaqda tan-Nar San Pawl Safi , nitolbu biex il-Mulej , blinterċessjoni ta ’ San Pawl , iħarishom minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem matul din ġimgħa speċjali tal-festa .
8:30pm Pasta Night organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini fil-Pjazza ta ’ Ħal Safi . Ikun hemm divertiment minn kantanti lokali . Mistieden speċjali Joe Demicoli .
Il-Ġimgħa tal-Festa
It-Tnejn , 22 ta ’ Awwissu - JUM IL-ĦRUĠ TAL-VARA
Jum is-Sejħa Nisranija
6:30pm Quddiesa mmexxija mill-Kappillan ir-Rev . Kan . Ivan Scicluna , bis-sehem tas-Sorijiet Dumnikani ,
56
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
Sorijiet u Reliġjużi mill-parroċċa , u l-Abbatini , u li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Appostlu missierna San Pawl .
7:30pm Ħruġ tal-istatwa ta ’ San Pawl fuq iz-zuntier u tislima bl-Innu Popolari . Tieħu sehem il-Banda San Pawl ta ’ Ħal Safi li ddoqq l-Innijiet u wara tagħmel marċ ferrieħi li jibda mill- Pjazza tal-Knisja u għal Triuq San Pawl , parti minn Triq San Ġwann , Triq San Ġorġ , Misraħ San Ġużepp , Triq Santa Marija u jintemm fil-pjazza quddiem il- Każin Banda San Pawl .
It-Tlieta , 23 ta ’ Awwissu
Jum it-Tfal u ż-Żgħażagħ
6:30pm Quddiesa mill-Kappillan ir-Rev . Kan . Ivan Scicluna bis-sehem tat-tfal u ż-żgħażagħ li jħobbu l-festa .
7:30pm Diversi tfal u żgħażagħ jimxu wara xbieha ta ’ San Pawl mill-Knisja Parrokkjali f ’ diversi toroq f ’ Ħal Safi waqt il-kant tal-innijiet ta ’ San Pawl .
8:30pm Fiera u BBQ organizzati mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini fil-Pjazza tal-Knisja b ’ risq il-festa .
L-Erbgħa , 24 ta ’ Awwissu - L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
Jum ir-Rabta Pawlina
9:15am Quddiesa għall-membri tas-Safi Day Centre , Dementia Centre u l-anzjani mill-Kappillan ir- Rev . Kan . Ivan Scicluna fil-Knisja Parrokkjali .
6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem ta ’ dawk li joqogħdu f ’ toroq imsemmija jew b ’ rabta ma ’ San Pawl , dawk li ġew joqogħdu Ħal Safi , Ħal Safin li joqogħdu f ’ irħula oħra , u dawk li joqogħdu barra minn Malta . Imexxi u jagħmel l-omeliji tal-jiem tat-Tridu , Mons . Anton Gouder . Wara l-quddiesa jkun hemm il-Kurunella , l-Antifona u l-Barka Sagramentali . Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta ’ San Pawl .
8:30pm Marċ mill-banda Filarmonika Santa Marija tal- Mosta , li jgħaddi minn Triq San Ġwann ( in-naħa ta ’ Ħal Kirkop ), idur għal Triq il-Kuċċard , Triq is-Summien , Triq in-Nassaba , Triq it-Tellerit , Triq l-Iskola , idur għal Triq iż-Żurrieq u jispiċċa fil-Pjazza tal-Knisja .
Il-Ħamis , 25 ta ’ Awwissu - IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
Jum l-Għixien Familjari
5:00pm Qrar
6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem ta ’ dawk il-koppji li qed jiċċelebraw il-10 / 20 / 25 / 30 / 40 / 50 / 60 Anniversarju taż-żwieġ tagħhom , u dawk li