2022 | Page 57

FESTA 2022 fuq il-planċier .
żżewġu wara l-festa tas-sena l-oħra biex iġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom . Mistiedna wkoll dawk li qed jagħmlu l-mixja għat-tħejjija tażżwieġ u l-ħajja tal-familja . ( Min bi ħsiebu jattendi minn dawn tajjeb li jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali ). Imexxi Mons . Anton Gouder . Wara l-quddiesa jkun hemm il-Kurunella , l-Antifona u l-Barka Sagramentali . Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta ’ San Pawl .
8:45pm Il-Banda San Pawl Safi tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier , fejn fost oħrajn jindaqq u jitkanta l-Innu l-Kbir ‘ Is-Sejħa ’, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro . Michael Bugelli bis-sehem tal-Kor Mirabitur u s-solisti Marita Bezzina u Vince Farrugia . Tieħu sehem ukoll Martina Cutajar . Tippreżenta s-Sinjorina Claire Zammit .
Il-Ġimgħa , 26 ta ’ Awwissu - IT-TIELET JUM TAT-TRIDU
Jum l-Għaqdiet u l-Impenn Nisrani
Filgħodu Tqarbin tal-Morda fi djarhom .
5:00pm Qrar
6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali , flimkien mal-għaqdiet reliġjużi u dawk li jgħinu fil-ħidma missjunarja jew għamlu esperjenza missjunarja . Imexxi Mons . Anton Gouder . Wara l-quddiesa jkun hemm il- Kurunella , l-Antifona u l-Barka Sagramentali . Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta ’ San Pawl .
8:45pm Marċ mill-Banda San Pawl Safi li takkumpanja l-istatwa ta ’ San Pawl fuq iż-Żiemel . Il-marċ jibda minn Triq Feniċi għal Triq il-Biedja , Triq ta ’ Ġawhar , Triq il-Kenn , Triq il-Menqa , Triq l-Iskola , Triq Dun Ġużepp Caruana , Triq il-Ħajt Ruman , Triq iż-Żurrieq , u jintemm fil-Pjazza tal- Knisja fejn l-Istatwa tittella ’ fuq il-pedestall fost briju kbir . Wara jkun hemm kant ta ’ diski Pawlini u jintwera wkoll il-feature tal-festa .
Is-Sibt , 27 ta ’ Awwissu - LEJLET IL-FESTA
8:00am Quddiesa mir-Rev . Dun Tony Pace li fiha jitkanta l-Innu ta ’ Ringrazzjament , it-Te Deum .
5:00pm Qrar
6:00pm Purċissjoni li titlaq mill-Knisja Parrokkjali għall-Knisja ta ’ Santa Marija . Qabel toħroġ ilpurċissjoni jkun hemm it-tberik tal-istandard ilġdid tal-fratellanza tas-Sagrament .
6:15pm Inċensazzjoni tar-Relikwa u Translazzjoni mill- Knisja ta ’ Santa Marija għall-Knisja Parrokkjali . Isir il-kant tal-Innu u tal-Antifona ta ’ San Pawl . Wara jsir il-kant tal-Għasar Solenni u Ċelebrazzjoni Ewkaristika . Imexxi l-kappillan ir-Rev . Kan . Ivan Scicluna .
7:30pm Quddiesa ppreseduta mir-Rev . Kan . Ivan Scicluna stess .
8:30pm Il-Banda San Pawl Safi tesegwixxi programm

FESTA 2022 fuq il-planċier .

9:30pm Ikun hemm il-wirja piroteknika ewlenija li tinkludi ; beraq pront , beraq bir-raxx , beraq tal-kulur , murtali tal-logħob , murtali tal-kulur . Nispiċċaw b ’ kaxxa tal-kulur u wirja piroteknika bil-fire one li tinkludi sfejjer , blalen , ftuħ talkulur u tal-beraq u lampjun .
11:30pm Wirja tal-logħob tan-nar tal-art artistiku u mekkanizzat fil-bypass .
Il-Ħadd , 28 ta ’ Awwissu - JUM IL-FESTA
6:45am Quddiesa
9:00am Quddiesa Solenni konċelebrata ta ’ Jum il-Festa mmexxija mill-Kappillan ir-Rev . Kanonku Ivan Scicluna . Jinseġ il-Paniġierku l-Kan . Anton Galea Scannura , Kappillan ta ’ Birżebbuġa .
12:00pm Jibda l-Marċ ta ’ Filgħodu mill-Banda San Pawl ta ’ Ħal Safi . Jibda mill-Pjazza tal-Knisja , jgħaddi għal Triq San Pawl , Triq San Ġużepp , Misraħ San Ġużepp , Triq Santa Marija , Triq Dun Ġużepp Caruana , Triq il-Ħajt Ruman , Triq iż-Żurrieq u Pjazza tal-Knisja fejn jilħaq il-qofol tiegħu quddiem il-Każin Banda San Pawl u jintemm fis-2:00pm
6:00pm Quddiesa ċċelebrata m ir-Rev . Kanonku Leonard Mintoff , Viċi Parroku tal-parroċċa Kristu Re f ’ Raħal Ġdid .
7:15pm Tibda l-purċissjoni bl-istatwa titulari tal- Appostlu San Pawl . Imexxi r-Rev . Kan . Leonard Mintoff Viċi Parroku tal-parroċċa ta ’ Kristu Re f ’ Raħal Ġdid . Mal-ħruġ tal-purċissjoni jindaqqu l-innijiet , u jinħarqu musketterija , salut u kaxxa nfernali . Il-Kor Mirabitur jakkumpanja l-Banda Stella Maris ta ’ Tas-Sliema waqt l-innijiet talħruġ u takkumpanja l-purċissjoni . Il-Banda Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A . D . 1990 tagħmel programm mużikali fuq ilplanċier fil-Pjazza tal-Knisja .
10:00pm Jindaqqu l-Innijiet ta ’ San Pawl mill-banda Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A . D . 1990 akkumpanjata mill-Kor Mirabitur taħt it-tmexxija ta ’ Simone Attard .
10:30pm Ninġabru fuq iz-zuntier u tinħaraq il-kaxxa nfernali u nilqgħu l-istatwa ta ’ San Pawl lura fil-Knisja . Fid-dħul tagħha titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali .
11:00pm Isir il-Marċ tan-Nar mill-Banda San Pawl ta ’ Ħal Safi li jibda minn Triq iż-Żurrieq , jakkumpanja l-istatwa ta ’ San Pawl fuq iż-Żiemel li titniżżel minn fuq il-pedestall u jintemm kollox fil-Pjazza tal-Knisja f ’ nofsillejl .
Ġewwa l-Knisja Parrokkjali : Fil-jiem tat-Tridu l-orkestra u l-Kor Sine Macula jkunu taħt iddirezzjoni ta ’ Mro Alexandra Borg B . Educ , A . Mus L . C . M .. Lejlet u nhar il-Festa tindaqq il-mużika tas-Surmastijiet Dr Paolo Nani u Mro Antonio Nani . L-orkestra u l-Kor Sine Macula jkunu taħt id-direzzjoni ta ’ Mro Alexandra Borg B . Educ , A . Mus L . C . M ..
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
57