2022 | Page 55

FESTA 2022

Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini

Festa oħra fil-qrib u finalment festa kif jixraq f ’ ġieħ Missierna l-Kbir Appostlu San Pawl wara li qed nerġgħu ngħixu ħajja daqsxejn iktar normali fejn qed jiġu ċċelebrati l-festi b ’ mod sħiħ , wara nuqqas ta ’ sentejn minħabba l-pandemija .
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini bqajna għaddejjin bilħidma , fejn tkompliet tinħadem il-liedna għat-toroq sbieħ tar-raħal tagħna u ġiet organizzata wkoll 12-il siegħa maratona liedna quddiem il-Kappella ta ’ Santa Marija . Waqt l-attività kulturali Qamar il-Għasel , organizzata mill-Kunsill Lokali fis-7 ta ’ Ġunju . Bħala sottokumitat armajna stand bil-ħelu tradizzjonali Malti kif ukoll ħadna sehem fit-tieġ tradizzjonali Malti . Il-festa fiha l-impenn tagħha u diversi attivitajiet huma mħejjija sabiex ikollna festa mill-isbaħ , bħal dejjem . Inħeġġukom sabiex taraw il-programm u tattendu bi ħġarkom .
Il-volontarjat huwa meħtieġ ferm għall-għaqdiet tar-raħal tagħna u għalhekk min jixtieq jingħaqad massottokumitat taż-żgħażagħ , avviċinawna . L-għajnuna ta ’
kull individwu hija apprezzata ferm .
Is-sezzjoni tagħna tirringrazzja lil kull min kien ta ’ għajnuna u appoġġ b ’ xi mod jew ieħor ; lill-kumitati fi ħdan il-Każin Banda San Pawl tax-xogħol kbir li jsir tul is-sena kollha , lill-isponsors , lill-Barman tal-Każin Frans Monreal u Rodianne Monreal Bonnici , lil Tessi u Michael Magri , Alexis Callus , Saviour Grixti , Simon Azzopardi , fost diversi volontiera oħra tas-sehem sħiħ u mill-qalb li huma jagħtu . Grazzi lill-Kunsill Lokali kif ukoll lil kull min hu involut fil-Parroċċa . Ringrazzjament lill-ex Kappillan il-Kanonku Dun David Farrugia talħidma pastorali tiegħu fir-raħal tagħna tul dawn l-aħħar tmien snin li dejjem għen u kien ta ’ sapport bl-aħjar mod possibbli għall-Każin u għalina ż-żgħażagħ filwaqt li nawguraw lill-Kappillan il-ġdid , il-Kanonku Dun Ivan Scicluna għall-ħidma pastorali tiegħu fostna . Grazzi wkoll u tislima lil Dun Karm Zammit li kien id-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà tagħna li għadda għall-ħajja ta ’ dejjem fi Frar li għadda u lill-benefatturi u volontiera li għenu ferm lill-Każin tul is-snin u li llum jinsabu ħdejn il-Ħallieq .
Finalment grazzi bla qies lilkom residenti Ħal Safin , Ħal Safin li jgħixu f ’ irħula oħra jew ’ il bogħod minn xtutna , tal-għajnuna li tagħtu lill-Każin Banda San Pawl kemm b ’ mod finanzjarju u anke bil-preżenza sabiħa tagħkom għall-attivitajiet ta ’ matul is-sena u b ’ mod partikolari waqt il-ġimgħa tal-festa .
Ejjew , sabiex flimkien nagħtu gieħ u niċċelebraw kif jixraq il-festa tal-Kbir Appostlu . Il-festa t-tajba lil kulħadd . Viva San Pawl !

FESTA 2022

Festa Party għat-Tfal li kienet organizzata l-Ġimgħa 5 ta ’ Awwissu bħala party mill-Weekend Pawlin
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
55