Infatti fl-1919 kellek madwar 20,000 ruħ bla xogħol . Dawk li kienu spiċċaw bla xogħol kienu jduru fuq talfamilja jew inkella joħorġu jittallbu . Din is-sitwazzjoni ġiegħlet biex għadd ta ’ Maltin bla xogħol ifittxu ċ-ċans tagħhom barra minn Malta . B ’ hekk wara t-Trattat ta ’ Versaille kellek numru kbir ta ’ Maltin u Għawdxin li ħallew lil art twelidhom bit-tama li jeħilsu mill-miżerja . Minħabba l-problemi finanzjari li kellu l-Imperu Brittaniku wara l-Ewwel Gwerra , l-Ingliżi ma ridux jiffinanzjaw proġetti kbar li joħolqu xogħol . 3
Fil-ktieb satiriku ta ’ Juan Mamo , Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika ppubblikat bejn 1930-31 li kien jitqassam bħala faxxikli u jittratta dwar l-emigranti Maltin li telqu lejn l-Amerika fis-snin għoxrin , Mamo juża l-pinna tiegħu biex jikkritika l-mod kif Maltin ta ’ skola kienu qegħdin jisfruttaw lil ħuthom stess . Iżda ma jeħodhiex kontra l-Imperu Brittaniku li ma tantx ħadem sabiex joħroġ lill-poplu ta ’ dawn il-gżejjer mill-faqar li kien jgħix fih . 4
Fl-10 ta ’ Ġunju 1919 kellek gvernatur ġdid f ’ Malta , Sir Herbert Plumer . Dan wasal Malta ftit tal-jiem biss wara l-inkwiet li kien inqala ’ fis-7 ta ’ Ġunju 1919 . L-unika soluzzjoni li l-gvern Ingliż kien qed jara għallproblema tal-qgħad li kienet qed toħnoq il-gżejjer kienet l-emigrazzjoni . Twaqqaf ukoll kumitat għallemigrazzjoni taħt it-tmexxija ta ’ Sir Joseph Howard sabiex jagħti parir lill-gvern Ingliż dwar l-emigrazzjoni . Dan il-kumitat ippreżenta lill-gvern Ingliż sitt kategoriji ta ’ nies li kien jaqbel għalihom u għall-gżejjer Maltin sabiex jitilqu minn Malta u jmorru f ’ post ieħor 5 :
1 . Ħaddiema bla skola u bla sengħa li huma diffiċli biex isibu xogħol waħidhom .
2 . Studenti u Maltin li għandhom edukazzjoni tajba iżda ma humiex kapaċi jagħmlu xogħol tas-snajja ’, b ’ hekk qed ikunu ta ’ piż għall-pajjiż .
3 . Dawk il-ħaddiema li kienu ssensjati mit-Tarzna , dawn għandhom jemigraw minflok ma joqogħdu jittamaw li xi ħadd iħaddimhom .
4 . Dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-port peress li navy Ingliża naqqset n-numru ta ’ frejgatini fil-port u dan in-numru se jkompli jonqos la l-periklu talgwerra jkun għadda .
5 . Baħrin li kienu jsiefru fuq bastimenti talmerkanzija , għandhom ifittxu xogħol barra minn Malta peress li ma hawnx xogħol għalihom .
6 . Bdiewa jew raħħala kellhom opportunitajiet kbar f ’ pajjiżi bħall-Awstralja jew il-Kanada peress li riedu rġiel b ’ saħħithom biex jaħdmu l-art u jaqtgħu s-siġar . 6
Fil-perjodu ta ’ bejn iż-żewġ gwerer mill-1919 sal- 1938 emigraw madwar 32,965 . F ’ dak iż-żmien l-artijiet l-aktar imfittxija kienu postijiet fl-Afrika ta ’ Fuq bħal Tunis , l-Alġerija , u l-Eġittu kif ukoll il-kontinent tal- Amerika ta ’ Fuq . Bejn Novembru tal-1919 u Diċembru tal-1921 telqu iktar minn 14,000 emigrant . Il-maġġoranza
130
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar minnhom ma kinux ippreparati għal dak li kienu se jsibu ma ’ wiċċhom f ’ dawn l-artijiet imbiegħda , għal din irraġuni madwar 5,000 persuna ġew lura Malta f ’ dan ilperjodu biss .
Il-kumitat tal-emigrazzjoni kellu biċċa xogħol kbira minħabba li aktar min-nofs il-popolazzjoni adulta kienet illitterata . Dawk in-nies li ma kinux jafu jaqraw bl-Ingliż ħafna drabi kienu jsibu l-bibien magħluqa lejn l-Awstralja u l-Amerika ta ’ Fuq għax kienu jikkwalifikaw bħala llitterati . Minħabba f ’ hekk il-kumitat waqqaf skejjel f ’ Malta u Għawdex biex jipprovdu edukazzjoni bażika għall-Maltin li riedu jemigraw . Fil-bidu li fetħu dawn l-iskejjel kellek 2,011-il persuna li rreġistraw iżda 1,285 persuna biss kienu jattendu b ’ mod regolari . Sal-1920 kellek madwar 142,113-il persuna illitterata fil-gżejjer Maltin . Matul l-ewwel sena skolastika fl-1921 kellek madwar 112-il student reġistrati li minnhom 55 persuna biss kienu jattendu b ’ mod regolari . B ’ hekk f ’ perjodu ta ’ sentejn kellek problema kbira ta ’ attendenza . 7
Bil-ftuħ tal-Kanal ta ’ Suez fl-1869 u l-introduzzjoni tal-isteam engine nfetħu proposti ta ’ oriżżonti ġodda għal tarznari Maltin li ġew issensjati minn xogħolhom jew xtaqu jsibu opportunitajiet f ’ postijiet oħra . Ħafna Maltin li kienu jemigraw kienu jagħmlu dan bl-intenzjoni li jiġu lura . Infatti kellek numru kbir ta ’ emigranti li telqu minn dawn il-gżejjer kif ukoll numru kbir ta ’ Maltin emigranti li rritornaw kull sena . Wara li l-Ingliżi assedjaw Lixandra fl-1822 , xi Maltin marru jgħixu hemm filwaqt li oħrajn marru joqogħdu fil-Kajr , Rosetta , Port Said , u s-Suez . Meta tlesta l-Kanal ta ’ Suez fl-1869 madwar 7,000 Malti marru jgħixu l-Eġittu . Maż-żmien twaqqfu xi għaqdiet biex ikunu ta ’ assistenza għall-emigranti Maltin fl-Eġittu , bħall-Maltese help of Cairo ( 1880 ) minn Carmelo Cachia biex toffri għajnuna medika jew finanzjara lill-membri tagħha , u The Malta Benevolent Society ( 1910 ) minn Ġorġ J . Vella . Dan tal-aħħar kien kuljum jippubblika l-gazzetta ‘ l-Istandard Malti ’ ( 1909 ). Il-Gvern Malti fl- 1912 kien waqqaf fond sabiex jgħin lill-emigranti Maltin li kienu qed isibu xi diffikultajiet fejn kienu qed jinsabu . Sal-1926 kien hemm 20,000 Malti jgħixu fl-Eġittu ; Lixandra , il-Kajr , is-Suez , u Port Said . Ġewwa Port Said il-Maltin bnew knisja ddedikata lil San Ewġenju li kien jieħu ħsiebha qassis Malti . 8
Fit-Tuneżija l-Maltin kienu l-ewwel nies li ssetiljaw fit-Tuneżija li kienet taħt kolonja Franċiża sa mill-1881 . F ’ Tuneż u fil-gżira ta ’ Ġerba kellek ħafna komunitajiet imdaqqsa . Kien hemm ukoll komunitajiet oħra żgħar f ’ Monastir , Mehdia , Biżerta , Susa u Sfax . Sal-1860 kellek 7,000 Malti fl-Alġerija biss , imma fl-1926 ilpopolazzjoni Maltija f ’ Tuneż u fl-Algiers kienet tlaħħaq it-30,000 ruħ . Mill-1900 ’ l quddiem il-Maltin setgħu jixtru art fit-Tuneżija , b ’ hekk ħafna Maltin ħatfu din l-opportunità u xtraw l-art tagħhom . Fl-1927 , Joseph D ’ amato minn Sfax kien nieda skema sabiex il-Maltin li kienu tilfu xogħolhom fit-Tarzna setgħu jmorru jaħdmu fit-Tuneżija . Din l-iskema tant kienet suċċess li fil-bidu