L-emigrazzjoni Ħal Safija bejn l-1900-1939
Dorian Baldacchino
Ħafna drabi l-emigrazzjoni f ’ Malta kienet ikkawżata mill-effetti tal-kolonjaliżmu kif ukoll problemi ekonomiċi u soċjali fuq pajjiżna . Dan l-aspett migratorju ħalla mpatt ukoll fuq dawk il-pajjiżi li rċevew lill- Maltin fi ħdanhom . Dawn il-vjaġġi migratorji xi drabi anke kienu jdumu xahar sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom bħall-Awstralja jew l-Amerika . Għall-familjari tal-emigranti , li kellhom jinfirdu minn mal-għeżież tagħhom , kien ifisser dmugħ , separazzjoni u periklu .
Ir-raġunijiet prinċipali li wasslu lill-Maltin sabiex jemigraw kienu diversi . L-aktar waħda kienet in-nuqqas tax-xogħol u opportunitajiet fost il-Maltin u l-Għawdxin ħalli jkunu jistgħu jmantnu l-familji tagħhom minħabba li dak iż-żmien ma kienx hemm biżżejjed xogħlijiet f ’ dawn il-gżejjer . Oħrajn emigraw minħabba s-sens ta ’ avventura jew ħalli jeħilsu mill-opressjoni tal-ħakma kolonjali .
Minħabba l-aspett ekonomiku li kien ta ’ piż kbir fuq dawn il-gżejjer , il-Maltin kienu mħajra biex jitilqu minn pajjiżhom u jsibu xortihom f ’ art barranija . Dawk li aċċettaw li jitilqu kienu anke mħallsa sabiex kienu jistgħu jivvjaġġaw . Kien hemm xi drabi fejn l-emigranti Maltin kienu jigdbu lil qrabathom biex jgħidulhom li qed jgħixu ħajja komda ħafna fi djar kbar fejn kienu jinsabu , iżda fir-realtà kienu qegħdin jgħixu f ’ kundizzjonijiet ħżiena fejn lanqas il-faċilitajiet bażiċi u sanitarji ma kellhom . 1
Mat-tmiem tal-Ewwel Gwerra fl-1918 kellek żieda flemigrazzjoni lejn l-Amerika ta ’ Fuq u l-Afrika ta ’ Fuq .
L-Ewwel Gwerra ġabet magħha diversi konsegwenzi fosthom it-tmiem tal-imperi tal-Awstrija u Konstantinopli u t-twaqqif tal-Unjoni Sovjetika fl-1917 bil-għan li xxerred l-ideoloġija komunista fl-Ewropa . Kien ukoll f ’ dan iż-żmien li fl-Italja feġġ ilfaxxiżmu ta ’ Benito Mussolini filwaqt li fil-Ġermanja kellek it-twelid tan-Nażismu ta ’ Adolf Hitler . Għalkemm fl-1919 kien sar it-Trattat ta ’ Versaille bl-iskop li jġib il-paċi fid-dinja .
Matul il-perjodu bejn 1918 u l-1939 kellek instabbiltà kbira fl-Ewropa riżultat ta ’ nkwiet revoluzzjonarju , problemi ekonomiċi u effett tal-ġlied li kellek madwar l-Ewropa . Kawża ta ’ din l-instabbiltà kbira li kellek fl- Ewropa wassal għad-diżastru tat-Tieni Gwerra Dinjija .
L-Impatt tat-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija f ’ Malta
Fil-perjodu ta ’ bejn iż-żewġ gwerer jiġifieri bejn l-1919 u 1938 il-popolazzjoni Maltija kienet żdiedet minn 215,437 għal 268,668 persuna . Fl-1936 kellek żieda ta ’ 6,025 persuna f ’ dik is-sena biss . 2 Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija , Malta ma kinitx involuta b ’ mod dirett iżda ġġenerat bosta xogħlijiet fost il-Maltin . L-irwol li Malta kellha matul l-Ewwel Gwerra Dinjija kien importanti peress li serviet bħala sptar militari għal numru kbir ta ’ baħrin u suldati feruti madwar il-Mediterran jew morda bil-marda tal-malarja . It-Tarzna kienet tħaddem aktar minn 15,000 persuna , issewwi kontinwament ilbastimenti navali u kummerċjali , waqt li oħrajn daħlu fl-armata jew fin-navy tas-servizz .
Wara tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija x-xogħol naqas , bil-konsegwenza li l-faqar żdied u l-ħajja għoliet ħafna .
Bejn gwerra u oħra
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija aktar minn 10 miljun persuna tilfu ħajjithom . Din il-gwerra kienet ġiet iddikjarata biex jispiċċaw il-gwerer l-oħra minħabba taqlib kbir u l-massakri li ġabu magħhom dawn il-gwerer .
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
129