2022 | Page 131

FESTA 2022
tas-seklu 20 kellek iktar minn 15,000 ruħ li applikaw . 9
Sal-Ewwel Gwerra Dinjija u anke ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija , il-Maltin kienu baqgħu miġbuda lejn l-ixtut li kien hemm fl-Afrika ta ’ Fuq . Mis-snin għoxrin ’ il quddiem il-Maltin bdew iħarsu wkoll lejn l-Amerika ta ’ Fuq , il-Kanada u r-Renju Unit . Dan tal-aħħar kien l-inqas favorit fost l-emigranti Maltin minħabba li konna maħkuma minnhom . Minkejja dan kollu f ’ Cardiff kellek komunità żgħira ta ’ Maltin jgħixu hemm . Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija , il-Maltin ħadmu id f ’ id mal-ħakkiema tagħhom . Infatti kien hemm ħafna nisa Maltin li żżewġu suldati Ingliżi u marru jgħixu u jissetiljaw ma ’ żwieġhom fir-Renju Unit . Bejn Novembru tal-1918 u Marzu tal-1920 madwar 225 ħaddiem Malti emigraw lejn l-Ingilterra , ħafna minnhom ssensjati mid-Dockyard . Fl- 1932 kellek komunità mdaqqsa ta ’ Maltin f ’ Londra , kif ukoll komunitajiet żgħar f ’ Chathan u Portsmouth . 10
Sa nofs is-seklu 19 kellek numru mdaqqas ta ’ Maltin li marru joqogħdu Pariġi u fil-portijiet ewlenin ta ’ Franza bħal Bordeux u Marsilja . Ir-raġuni li xi wħud mill-Maltin spiċċaw jgħixu fi Franza wara l-esperjenza li l-Maltin kellhom fit-Tuneżija u l-Alġerija , għax dawn iż-żewġ pajjiżi kienu maħkuma mill-Franċiżi . L-akbar komunità Maltija fi Franza kienet f ’ Marsilja . Fl-1912 kien hemm madwar 600 Malti li ħafna minnhom kienu jaħdmu f ’ xogħlijiet marbuta mal-baħar jew artiġjanat . Dan in-numru kompla jiżdied meta ġie ffirmat it-Trattat ta ’ Versaille wara tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija . Tant li aktar minn 600 persuna kienu offruti kuntratti ma ’ ditti privati .
Bejn l-1919 u l-1930 l-emigrazzjoni lejn Franza għalkemm ma żdidetx , baqgħet stabbli . Ir-reputazzjoni tal-emigranti Maltin ma tantx kienet tajba minħabba li ma kinux imdorrija b ’ ċerta etika u manjieri bħal fl-ilbies , kif jieklu , kif iġibu ruħhom fuq ix-xogħol jew fit-toroq u oħrajn . B ’ hekk lejn l-aħħar tas-seklu għoxrin Rev . Angelo Caruana għamel minn kollox biex iġib għallaħjar ir-reputazzjoni tal-Maltin . Fl-1929 il- ‘ Migrants Training Centre ’ ippubblika ktejjeb żgħir bħala gwida lill-emigranti Maltin kif għandhom iġibu ruħhom meta jemigraw lejn l-Awstralja . 11
Ġibiltà peress li kienet kolonja Ingliża u kellek il-flotta Imperjali , bosta Maltin emigraw lejn din l-art . Fl-1885 kellek madwar elf Malti jgħixu hemm , iżda sal-1912 dan in-numru niżel għal 700 persuna . Fil-bidu tas-seklu 20 din il-komunità Maltija kompliet tonqos drastikament . 12
Kostantinopli u Smyrna kienu żewġ pajjizi oħra li attiraw bosta barranin li kienu interessati fil-qasam tannegozju . Fil-bidu tas-seklu għoxrin qabel bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija , l-Imperu Tork kien wasal biex jispiċċa . Minħabba d-domanda kbira ekonomika , xi Maltin kemm dawk b ’ negozji żgħar jew tas-sengħa tħajru jmorru t-Turkija għax kien hemm opportunità kbira . Ramiro Vadala fil ktieb tiegħu bil-Franciż , Les Maltais hos de Malte ( Il-Maltin barra minn Malta ) ippubblikat fl-1911 , jittratta dwar l-emigrazzjoni Maltija fis-seklu 19 u 20 .

FESTA 2022

L-awtur jiddeskrivi f ’ ċertu dettal il-komunità Maltija f ’ Konstantinopli , fejn jikkalkula li sa ċertu żmien kellek 3,000 persuna f ’ din il-belt kapitali . Fl-1932 Kemal Ataturk ordna lil barranin kollha jitkeċċew minn pajjiżu . B ’ hekk il-Maltin kollha kellhom jitilqu minn hemm u jsibu kenn f ’ artijiet oħra . Xi whud minnhom irritornaw lejn Malta ta ’ fuqhom senduqhom . 13
Ħal Safi wkoll ġie affettwat mill-effett migratorju li l-gżejjer Maltin kienu għaddejjin minnu . Il-popolazzjoni Ħal Safija bejn l-1900 u l-1939 kienet 14 :
Irgiel Nisa Total 1900 161 139 300
1918-1919 121 191 312 1921 244 215 459 1932 226 222 448
… b ’ 16 u 20 twelid fis-sena u bejn 7 u 15-il mewt fissena .
Jekk inħarsu lejn il-passaporti li ħarġu għall-Ħal Safin bejn l-1900 u l-1938 insibu li ħarġu 39 passaport . Minn dawn 16 siefru fuq raġuni ta ’ divertiment filwaqt li 23 siefru ħalli jsibu xogħol . Fil-lista li ġejja se nagħtu ħarsa lejn xi ismijiet Ħal Safin li emigraw lejn l-Afrika ta ’ Fuq jew l-Amerika . Imma l-persuni msemmija mhux bil-fors li emigraw għal dejjem . Ir-riċerka fuq dan issuġġett mhix finali għax il-lista ppubblikata turi l-ismijiet meta telqu biss . Għalkemm hemm xi individwi li kienu rritornaw u reġgħu emigraw kemm-il darba . 15
Min din il-lista nistgħu nosservaw li numru ta ’ Ħal Safin li emigraw kien żgħir . Jista ’ jkun li hemm oħrajn li f ’ din il-lista ma humiex imniżżla , imma żgur li n-numru ma kienx kbir wisq . Ħal Safi minn dejjem kien raħal żgħir li kien magħruf għall-agrikoltura . B ’ hekk dawk li kellhom ir-raba tagħhom tant kemm kienu jħossuhom awtosuffiċjenti li ma kellhomx għalfejn iħallu kollox warajhom u jsibu xortihom f ’ art oħra . Skont din l-istatistika l-maġġoranza li għażlu li jitilqu minn art twelidhom kienu ta ’ età żgħira . L-iżgħar applikanti talpassport kienu tnejn ta ’ 17- il sena Gaspare Busuttil u Giuseppe Busuttil , filwaqt li l-akbar persuna kienet Leonardo Busuttil li kellu 61 sena . Jekk inħarsu lejn din il-lista nindunaw li l-maġġoranza ta ’ dawk li emigraw issettiljaw f ’ Tuneż . Kien hemm min emigra iktar minn darba bħalma għamlu Leonardo Busuttil ( 1913 , 1915,1919 , 1923 ) u Emmanuele Zammit
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
131