2022 | Page 120

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
l-partijiet ta ’ Aga Selim ( Kmandant Tork ) u l-Kurunell Lorenzi rispettivament . Bħala strumenti kien idoqq il-pjanu u l-orgni . Piju kien l-uniku wild ta ’ Manwel Zammit u Manna Busuttil . Kien iżżewweġ lil Pawlina Busuttil u kellhom lil Salvu u lil Anġolina ( Lina ). Piju kien jaħdem mal-kumpanija Shell .
Kien hemm irġiel oħrajn li kienu dilettanti u bħala passatemp kienu jiddelettaw idoqqu xi strument mużikali . Nhar ta ’ Ħadd , in-nies kienu jistennewhom bil-ħerqa , speċjalment fix-xhur tas-sajf . Fil-bidu , dawn kienu jiltaqgħu fil-wesgħa ħdejn l-istatwa ta ’ San Ġwann u wara bdew jersqu lejn Misraħ San Ġużepp u spiċċaw l-iktar jintefgħu fil-Pjazza tal-Knisja . In-nies kienu bdew joħorġu bi ħġarhom għal daqsxejn allegrija . Dawn kienu mbagħad iterrqu mad-dawra tal-purċissjoni u n-nies tmur warajhom . Fost dawn l-individwi kont issib lil : Busuttil Mikelanġ li kien it-tifel iż-żgħir nett ta ’ Ġużeppi Busuttil ( il-Pitirross / il-Pejtir ). M ’ Anġ kien iżżewweġ lil Ċikka mwielda Zammit u kellhom lil Pawla ta ’ Żeppu jew taż-Żiber . Kien joqgħod f ’ Misraħ San Ġużepp . Kont tarah ħiereġ barra , dejjem wara t-tlieta ta ’ wara nofsinhar . Bil-kitarra f ’ idu , kien jintefa ’ faċċata fejn kien joqgħod hu , fuq il-parapett tad-dar ta ’ Franġisk ta ’ Klejlu .
Busuttil Pawlu ( l-Fokli ) li kien idoqq il-kitarra . Kien benefattur u jħabrek ħafna biex jgħin f ’ kull qasam f ’ Ħal Safi . Jiġi ħu Patist ta ’ Anieni . Pawlu kien iżżewweġ lil Marija ta ’ Menġewr u kellhom lil Karmenu , Ġużi , Crocy , Jimmy u Pawlu .
Cachia Ġorġ ( ix-Xiħa ). Dilettant tal-kitarra u kien jipparteċipa f ’ diversi serati sajfin ma ’ rġiel oħra . Kienu jdoqqu xi strument , jgħannu , jirrakkontaw xi storja jew praspura . Ġorg kien ta ’ spirtu pront u kellu lsienu ħafif . Jikkontradixxi kollox u lil kulħadd u tiegħu biss tajjeb !
Zammit Ċikku ta ’ Luċija . Kien iżżewweġ lil Conċett Camilleri minn Bubaqra u kienu joqogħdu Ħal Safi . Huma kellhom lil Carmelo ta ’ Marċjol , Toni , Mose ’, Ġanna ( soru ) u Kristina . Fil-Pjazza Ċikku kellu ħanut tallaħam li kien f ’ kamra parti mid-dar il-kbira ta ’ quddiem il-Villa ta ’ Dun Ġwann . Wara , din il-kamra kienet serviet bħala l-ħanut tal-ġwież ta ’ Ġilard . Ċikku kien organist tajjeb . Allura mal-ġurnata jbiegħ il-laħam u filgħaxija kien jimpenja ruħu jdoqq l-orgni waqt il-quddies f ’ Ħal Safi . Regolarment kien ukoll idoqq l-orgni fil-Kappella ta ’ Santa Maria f ’ Bubaqra .
It-teatrini fil-Każin San Pawl
Sadanittant , fil-Każin kienet bdiet tinħema l-idea li jorganizzaw serati ta ’ teatrini fil-Każin San Pawl . Milli nisimgħu kien Filomenu Cachia , li kien mexxej tajjeb u li kien il-perċimes megħjun minn oħrajn fosthom Pawlu n-Najmus . Luiġi Monreal bena palk spazjuż mill-injam li kien fadal minn tal-bibien tal-Knisja . Saħansitra kien waqqaf raff fejn kienu joqogħdu t-tfal u ż-żgħażagħ biex jaraw tajjeb ix-xeni fuq il-palk . Wiġi kien artistiku u
120 naturalment kien iddissinja u ħadem ix-xenarju .
Kellhom organizzazzjoni sħiħa . Filomenu kien jakkwista drammi u fares . Kienu jidentifikaw l-irġiel li jkunu se jieħdu sehem . Dan kien żmien li skont l-istatut tal-Każin , nisa ma setgħux ikunu fil-kumitat jew jieħdu sehem f ’ xi attivitajiet . Allura , meta kien jirrikjedi li jkun hemm il-figura ta ’ mara , il-parti kien jagħmilha raġel li jilbes ta ’ mara bil-parrokka b ’ kollox . Naturalment kienu jagħmlu l-provi bejniethom . Menu u Pawlu l-postman kienu jmorru Santa Venera biex jikru l-ħwejjeġ . Menu kien joqgħod moħbi wara kaxxa biex jagħmilha ta ’ narratur u suġġeritur . Is-serati li kienu jiġu organizzati kienu jsiru nhar ta ’ Ħadd . Dakinhar tas-serata , ġeneralment kien ikun hemm Indrin ta ’ Żeppu u Gejtan ta ’ Saver fil-bieb biex idaħħlu n-nies u jiġbru l-flus . Il- Ħal Safin kienu jattendu bi ħġarhom inkluż nisa bit-tfal . Il-kbar kienu jħallsu xelin ( tnax-il sold ) u t-tfal sikspenz ( sitt soldi ). Ħafna drabi , f ’ kull attività kien ikun hemm dramm u farsa fl-aħħar biex in-nies joħorġu jidħku .
Dawn li ġejjin huma siltiet minn xi drammi u xi fares , li grazzi għal diversi Ħal Safin ta ’ ċertu età , għadhom jiftakru u b ’ għożża kbira jħaddnu . B ’ hekk se nipproduċi parti mill-istorja orali li ma nsibuhiex fil-kotba imma hekk kif irrakkontata .
Othello
Dramm miktub minn Shakespeare madwar is-sena 1603 . Qegħdin Venezja meta Othello , il- Ġeneral Moor tal-Armata , jiżżewweġ bil-moħbi lil Desdemona , tifla nobli tas-senatur Barbantio ta ’ Venezja . Iago kien ħadha kontra Othello talli ma tahx promozzjoni ogħla fl-armata imma kien taha lil Cassio . Iago mar għand Barbantio u qallu li Othello kien iżżewweġ lil bintu . Il-missier irrabja u mar biex jirranġa mad- Doge di Venezja biex lil Othello jibagħtu Ċipru biex jiġġieled lit-Torok li riedu

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

10 snin Kummissjoni Armar
Pawlu Mifsud ( in-Najmus ) liebes ta ’ paġġ ( Ritratt : Mary Cassar Mallia )
jaħtfu dik il-gżira . Othello mar flimkien ma ’ Desdemona u ħa miegħu wkoll lil Iago u lil Cassio fost oħrajn . Iago kien irnexxielu jinkoraġġixxi lil Cassio biex jisker waqt dmiru . Dan sab ruħu fi ġlieda li wasslitu biex tilef ilpożizzjoni li kellu fl-armata . Iago daħħal f ’ moħħ Othello li Desdemona kienet qiegħda taqlibhielu ma ’ Cassio . Iago żeluż , jibda jħawwel żerriegħa ta ’ dubju fil-moħħ ta ’ Othello . Tant ġie mmanipulat minn Iago , li Othello spiċċa qatel lil Desdemona talli ma kinitx fidila lejh . Emilia , il-mara ta ’ Iago , tgħid lil Othello li żewġha kien